+Arttikolu 89 2.
|
Arttikolu 89 2.
Fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ skemi tal-pensjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(10)(c) u (d), l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tingħata mill-awtorità kompetenti rilevanti għal tipi ta’ entitajiet jew tipi ta’ arranġamenti. Wara li tirċievi t-talba, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-AETS u l-AEAPX. Fi żmien 30 jum kalendarju minn meta tirċievi n-notifika, l-AETS, wara konsultazzjoni mal-AEAPX, għandha toħroġ opinjoni li tivvaluta l-konformità tat-tip ta’ entitajiet jew it-tip ta’ arranġamenti mal-Artikolu 2(10)(c) jew (d) kif ukoll ir-raġunijiet għaliex eżenzjoni hija ġustifikata minħabba d-diffikultajiet biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-marġini ta’ varjazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tagħti eżenzjoni biss meta tkun sodisfatta kompletament li t-tip ta’ entitajiet jew it-tip ta’ arranġamenti jikkonformaw mal-Artikolu 2(10)(c) jew (d) u li huma jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-marġni tal-varjazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tadotta deċiżjoni fi żmien għaxart ijiem li tirċievi l-opinjoni tal-AETS, filwaqt li tikkunsidra dik l-opinjoni b’mod xieraq. Jekk l-awtorità kompetenti ma taqbilx mal-opinjoni tal-AETS, għandha tagħti r-raġunijiet sħaħ fid-deċiżjoni tagħha u tispjega kull devjazzjoni minnha. L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit tal-web tagħha lista ta’ tipi ta’ entitajiet u tipi ta’ arranġamenti msemmijin fl-Artikolu 2(10)(c)(d) li ngħataw eżenzjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu. Biex tissaħħaħ aktar il-konsistenza fl-eżiti ta’ superviżjoni l-AETS għandha tagħmel reviżjoni kull sena minn pari tal-entitajiet inklużi fuq il-lista f’konformità mal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|