+Artikolu 2 1.

Artikolu 2 1.

Dan ir-Regolament japplika għal dawn li ġejjin:

(a) 

strumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li saret għalihom talba għall-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat;

(b) 

strumenti finanzjarji nnegozjati fuq MTF, ammessi għan-negozjar fuq MTF jew li għalihom saret talba għall-ammissjoni għan-negozjar fuq MTF;

(c) 

strumenti finanzjarji nnegozjati fuq OTF;

(d) 

strumenti finanzjarji mhux koperti mill-punt (a), (b) jew (c), li l-prezz jew il-valur tagħhom jiddependi minn jew għandu effett fuq il-prezz jew il-valur ta’ strument finanzjarju msemmi f’dawk il-punti, inklużi, iżda mhumiex limitati għal, swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu jew kuntratti għad-differenzi.

Dan ir-Regolament japplika wkoll għal imġiba jew tranżazzjonijiet, inklużi offerti, li jkollhom x’jaqsmu mal-irkantar fuq pjattaforma tal-irkant awtorizzata bħala suq regolat ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti oħra rkantati bbażati fuqhom, inkluż meta l-prodotti rkantati ma jkunux strumenti finanzjarji, skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010. Bla ħsara għal kwalunkwe dispożizzjonijiet speċifiċi li jirreferu għal offerti sottomessi fil-kuntest ta’ rkant, kwalunkwe rekwiżiti u projbizzjonijiet f”dan ir-Regolament li jirreferu għal ordnijiet għan-negozjar għandhom japplikaw għal offerti bħal dawn.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.