+Artikolu 8 L-abbuż minn informazzjoni privileġġata
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
|
Artikolu 8 L-abbuż minn informazzjoni privileġġata
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-abbuż minn informazzjoni privileġġata ssir meta persuna tippossjedi informazzjoni privileġġata u tuża dik l-informazzjoni billi takkwista jew tagħmel ċessjoni, għall-kont tagħha jew għall-kont ta’ parti terza, direttament jew indirettament, strumenti finanzjarji li dik l-informazzjoni tkun relatata magħhom. L-użu ta’ informazzjoni privileġġata billi tiġi kkanċellata jew emendata ordni rigward strument finanzjarju li l-informazzjoni tkun relatata miegħu meta dik l-ordni tkun saret qabel ma l-persuna kkonċernata kellha l-informazzjoni privileġġata, għandhom jitqiesu wkoll bħala abbuż minn informazzjoni privileġġata. B’rabta mal-irkanti ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti rkantati oħra bbażati fuqhom li huma miżmuma skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010, l-użu ta’ informazzjoni privileġġata msemmi fil-paragrafu 4 għandu jikkonsisti wkoll fis-sottomissjoni, il-modifikazzjoni jew l-irtirar ta’ offerta minn persuna għall-kont proprju tagħha jew għall-kont ta’ parti terza.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, rakkomandazzjoni biex persuna oħra ssir involuta f’abbuż minn informazzjoni privileġġata, jew persważjoni fil-konfront ta’ persuna oħra biex tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata isseħħ meta l-persuna tippossjedi informazzjoni privileġġata u:
(a)
tirrakkomanda, abbażi ta’ dik l-informazzjoni, li persuna oħra takkwista jew tagħmel ċessjoni minn strumenti finanzjarji li hija relatata magħhom dik l-informazzjoni, jew tinduċi lil dik il-persuna biex tagħmel tali akkwist jew ċessjoni, jew
(b)
tirrakkomanda, abbażi ta’ dik l-informazzjoni, li persuna oħra tikkanċella jew temenda ordni li tikkonċerna strument finanzjarju li hija relatata magħhom dik l-informazzjoni, jew tinduċi lil dik il-persuna biex tagħmel tali kanċellazzjoni jew emenda.
|
|
Artikolu 8 3.
|
L-użu tar-rakkomandazzjonijiet jew il-persważjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jitqiesu bħala abbuż minn informazzjoni privileġġata skont it-tifsira f’dan l-Artikolu meta l-persuna li tuża r-rakkomandazzjoni jew il-persważjoni taf, jew imissha tkun taf, li huma bbażati fuq informazzjoni privileġġata.
|
|
Artikolu 8 4.
|
Dan l-Artikolu japplika għal kwalunkwe persuna li tippossjedi informazzjoni privileġġata minħabba li:
(a)
tkun membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta’ sorveljanza tal-emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet;
(b)
ikollha sehem fil-kapital tal-emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet;
(c)
ikollha aċċess għall-informazzjoni permezz tal-eżerċizzju ta’ impjieg, professjoni jew dmirijiet; jew
(d)
tkun involuta f’attivitajiet kriminali.
Dan l-Artikolu japplika wkoll għal kwalunkwe persuna li tippossjedi informazzjoni f’ċirkustanzi differenti minn dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu meta dik il-persuna tkun taf, jew imissha taf, li dik hi informazzjoni privileġġata.
|
|
Artikolu 8 5.
|
Meta l-persuna tkun persuna ġuridika, dan l-Artikolu għandu japplika wkoll, skont il-liġi nazzjonali għall-persuni fiżiċi li jipparteċipaw fid-deċiżjoni li jitwettaq l-akkwist, iċ-ċessjoni, il-kanċellazzjoni jew l-emenda ta’ ordni għall-kont tal-persuna ġuridika kkonċernata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|