|
+Artikolu 21 Żvelar u tixrid ta’ informazzjoni fil-midja |
Artikolu 21 Żvelar u tixrid ta’ informazzjoni fil-midjaArtikolu 21 Żvelar u tixrid ta’ informazzjoni fil-midja Għall-finijiet tal-Artikolu 10, l-Artikolu 12(1)(c) u l-Artikolu 20, meta tkun żvelata jew imxerrda informazzjoni u meta jkunu prodotti u mxerrda rakkomandazzjonijiet għall-fini ta’ ġurnaliżmu jew forma oħra ta’ espressjoni fil-midja, tali żvelar jew tixrid ta’ informazzjoni għandu jiġi vvalutat billi jitqiesu r-regoli li jirregolaw il-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni f’midja oħra u r-regoli jew il-kodiċi li jirregolaw il-professjoni tal-ġurnalist, sakemm:
(a)
il-persuni kkonċernati, jew il-persuni assoċjati mill-qrib magħhom, ma jisiltux, direttament jew indirettament, vantaġġ jew qligħ mill-iżvelar jew it-tixrid tal-informazzjoni kkonċernata; jew
(b)
l-iżvelar jew it-tixrid isir bl-intenzjoni li jqarraq is-suq rigward il-provvista, id-domanda, jew il-prezz ta’ strumenti finanzjarji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|