+Artikolu 34 1.

Artikolu 34 1.

Bla ħsara għat-tielet subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw kwalunkwe deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva, jew miżura amministrattiva oħra fir-rigward tal-ksur ta’ dan ir-Regolament fuq il-websajt tagħhom immedjatament wara li l-persuna suġġetta għal dik id-deċiżjoni tiġi infurmata b’dik id-deċiżjoni. Tali pubblikazzjoni għandha mill-inqas tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna suġġetta għal dik id-deċiżjoni.

L-ewwel subparagrafu ma japplikax għal deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta’ natura investigattiva.

Meta, awtorità kompetenti tqis li l-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuna ġuridika suġġetta għal dik id-deċiżjoni, jew tad-data personali ta’ persuna fiżika, tkun sproporzjonata wara valutazzjoni każ b’każ, imwettqa fuq il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ tali data, jew meta tali pubblikazzjoni tkun tipperikola investigazzjoni li tkun għaddejja jew l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji hija għandha tagħmel kwalunkwe minn dan li ġej:

(a) 

tiddiferixxi l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni sal-mument meta r-raġunijiet għal dak id-diferiment ma jibqgħux jeżistu;

(b) 

jippubblikaw id-deċiżjoni fuq bażi anonima skont il-liġi nazzjonali, jekk tali pubblikazzjoni tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata;

(c) 

ma jippubblikawx id-deċiżjoni fil-każ li l-awtorità kompetenti tkun tal-opinjoni li l-pubblikazzjoni skont il-punt (a) jew (b) ma tkunx biżżejjed biex jiġi żgurat:

(i) 

li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma titqegħidx fil-periklu; jew

(ii) 

li l-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ tali deċiżjonijiet fir-rigward ta’ miżuri li huma meqjusa bħala ta’ natura minuri.

Fejn awtorità kompetenti tieħu deċiżjoni li tippubblika deċiżjoni fuq bażi anonima kif imsemmi fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu, hija tista’ tipposponi l-pubblikazzjoni tad-data rilevanti għal perijodu raġonevoli ta’ żmien fejn ikun previst li r-raġunijiet għal pubblikazzjoni anonima ma jibqgħux jeżistu matul dak il-perijodu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.