+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 2 (7)
---+Artikolu 2 (8)
---+Artikolu 2 (9)
---+Artikolu 2 (10)
---+Artikolu 2 (11)
---+Artikolu 2 (12)
---+Artikolu 2 (13)
---+Artikolu 2 (14)

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 (1)

“Strument finanzjarju” tfisser kwalunkwe strument finanzjarju kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

Artikolu 2 (2)

“kuntratt spot dwar komoditajiet,” tfisser kuntratt spot dwar komoditajiet kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014;

Artikolu 2 (3)

“programm ta’ riakkwist” tfisser in-negozjar fl-ishma proprji skont l-Artikoli 21 sa 27 tad-Direttiva 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9);

Artikolu 2 (4)

“informazzjoni privileġġata” tfisser informazzjoni skont l-Artikolu 7(1)sa (4) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014;

Artikolu 2 (5)

“kwota tal-emissjonijiet” kwota tal-emissjonijiet kif deskritta fil-punt (11) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

Artikolu 2 (6)

“parametru ta’ referenza” tfisser parametru ta’ referenza kif definit fil-punt (29) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014;

Artikolu 2 (7)

“prattika tas-suq aċċettata” tfisser prattika tas-suq speċifika li tkun aċċettata mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014;

Artikolu 2 (8)

“stabbilizzazzjoni” tfisser stabbilizzazzjoni kif definit fl-Artikolu 3(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014;

Artikolu 2 (9)

“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

Artikolu 2 (10)

“faċilità multilaterali tan-negozjar” jew “MTF” tfisser faċilità multilaterali tan-negozjar kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

Artikolu 2 (11)

“faċilità organizzata tan-negozjar” jew “OTF” tfisser faċilità organizzata tan-negozjar kif definit fil-punt (23) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

Artikolu 2 (12)

“post tan-negozjar” tfisser post tan-negozjar kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

Artikolu 2 (13)

“prodott tal-enerġija bl-ingrossa” tfisser prodott tal-enerġija bl-ingrossa kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);

Artikolu 2 (14)

“emittent” tfisser “emittent ta’ strument finanzjarju” kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0057
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.