+Artikolu 5 2
|
Artikolu 5 2
2. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-manipulazzjoni tas-suq għandha tinkludi l-attivitajiet li ġejjin:
|
(a)
|
id-dħul fi tranżazzjoni, tqegħid ta’ ordni għan-negozjar jew xi mġiba oħra li:
|
(i)
|
tagħti sinjali foloz jew qarrieqa dwar il-provvista ta’, id-domanda għal, jew il-prezz ta’ strument finanzjarju jew kuntratt spot relatat dwar il-komoditajiet; jew
|
|
(ii)
|
tiżgura l-prezz ta’ strument finanzjarju wieħed jew aktar jew kuntratt spot relatat dwar komoditajiet f’livell anormali jew artifiċjali;
|
sakemm ir-raġunijiet li għalihom dan isir mill-persuna li daħlet fit-tranżazzjoni jew ħarġet l-ordnijiet għal negozjar ma jkunux leġittimi, u dawk it-tranżazzjonijiet jew ordnijiet għal negozjar ikunu f’konformità ma’ prattiki aċċettati tas-suq dwar il-post ta’ negozjar ikkonċernat;
|
|
(b)
|
id-dħul fi tranżazzjoni, tqegħid ta’ ordni għan-negozjar jew kwalunkwe attività jew imġiba oħra li taffettwa l-prezz ta’ strument finanzjarju wieħed jew aktar, jew kuntratt spot relatat dwar komoditajiet, li juża tagħmir fittizju jew kwalunkwe forma oħra ta’ qerq jew strataġemma;
|
|
(c)
|
it-tqassim ta’ informazzjoni permezz tal-midja, inkluż l-Internet, jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor, li tagħti sinjali foloz jew qarrieqa dwar il-provvista ta’, id-domanda għal, jew il-prezz ta’ strumenti finanzjarji jew kuntratt spot relatat dwar komoditajiet, jew tiżgura l-prezz ta’ strument finanzjarju wieħed jew aktar jew kuntratt spot relatat dwar komoditajiet f’livell anormali jew artifiċjali, fejn il-persuni li jagħmlu t-tqassim jieħdu għalihom infushom jew għal persuna oħra, vantaġġ jew profitt mit-tqassim tal-informazzjoni inkwistjoni; jew
|
|
(d)
|
it-trasmissjoni ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa jew il-forniment ta’ inputs foloz jew qarrieqa, jew kwalunkwe mġiba oħra li timmanipula l-kalkolu ta’ parametru ta’ referenza.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0057
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|