1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli għar-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 li jkunu twettqu għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi individwalment jew bħala parti minn organu tal-persuna ġuridika, u li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika, abbażi ta’:
|
(a)
|
setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika;
|
|
(b)
|
awtorità li tieħu deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika; jew
|
|
(c)
|
awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.
|