+Artikolu 12 Proċeduri dwar in-notifika u l-iżvelar ta'holdingsimportanti
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.
---+Artikolu 12 8.
---+Artikolu 12 9.
|
Artikolu 12 Proċeduri dwar in-notifika u l-iżvelar ta'holdingsimportanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
In-notifika meħtieġa taħt l-Artikoli 9 u 10 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
is-sitwazzjoni riżultanti f'dak li għandu x'jaqsam ma' drittijiet tal-vot;
(b)
il-katina ta' impriżi kkontrollati li permezz tagħhom id-drittijiet tal-vot huma miżmuma b'mod effettiv, jekk applikabbli;
(ċ)
id-data meta l-limitu ntlaħaq jew inqabeż; u
(d)
l-identità ta' l-azzjonista, anki jekk dak l-azzjonista ma jkunx intitolat li jeżerċita d-drittijiet tal-vot taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10, u tal-persuna fiżika jew entità ġuridika li għandha l-jedd li teżerċita d-drittijiet tal-vot fl-interess ta' dak l-azzjonista.
|
|
Artikolu 12 2.
|
►M4
In-notifika lill-emittent għandha titwettaq fil-pront, iżda mhux aktar tard minn erbat ijiem ta’ negozjar wara d-data li fiha l-azzjonist, jew il-persuna fiżika jew il-persuna ġuridika msemmija fl-Artikolu 10, ◄
(a)
isiru jafu dwar l-akkwist jew it-trasferiment jew dwar il-possibiltà li jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot, jew meta, fiċ-ċirkostanzi, kellhom isiru jafu bihom, irrispettivament mid-data li fiha l-akkwist, it-trasferiment jew il-possibilità li jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot tidħol fis-seħħ; jew
(b)
jiġu infurmati dwar l-avveniment imsemmi fl-Artikolu 9(2).
|
|
Artikolu 12 3.
|
Impriża għandha tkun eżenti milli tagħti n-notifika meħtieġa skond il-paragrafu 1 jekk in-notifika ssir mill-impriża parent jew, meta l-impriża parent innifisha tkun impriża kontrollata, mill-impriża parent tagħha stess.
|
|
Artikolu 12 4.
|
L-impriża parent ta' kumpannija ta' ġestjoni m'għandhiex tkun meħtieġa li tiġbor flimkien il-holdings tagħha taħt l-Artikoli 9 u 10 u l-investimenti ġestiti mill-kumpannija ta' ġestjoni skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 85/611/KEE, kemm-il darba dik il-kumpannija ta' ġestjoni teżerċita d-drittijiet tal-vot tagħha b'mod indipendenti mill-impriża parent. Madanakollu, l-Artikoli 9 u 10 għandhom japplikaw meta l-impriża parent, jew xi impriża kontrollata oħra ta' l-impriża parent, tkun investiet f'holdings ġestiti minn din il-kumpannija ta' ġestjoni u l-kumpannija ta' ġestjoni ma jkollha ebda diskrezzjoni li teżerċita d-drittijiet tal-vot marbuta ma' dawn il-holdings u tkun tista' teżerċita dawn id-drittijiet tal-vot biss fuq struzzjonijiet diretti jew indiretti mill-impriża parent jew minn impriża kontrollata oħra ta' l- impriża parent.
|
|
Artikolu 12 5.
|
L-impriża parent ta' ditta ta' investiment awtorizzata taħt id-Direttiva 2004/39/KE mhijiex meħtieġa li tiġbor flimkien il-holdings tagħha taħt l-Artikoli 9 u 10 u l-holdings li din id-ditta ta' investimenti tiġġestixxi fuq bażi individwalizzata skond it-tifsira tal-punt 9 ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, kemm-il darba:
—
id-ditta ta' investiment tkun awtorizzata li tipprovdi din il-ġestjoni tal-portfolio taħt il-punt 4 tas-Sezzjoni A ta' l-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE;
—
tista' teżerċita biss id-drittijiet tal-vot marbuta ma' dawn l-ishma fuq struzzjonijiet mogħtija bil-miktub jew b'mezzi elettroniċi jew jekk tiżgura li s-servizzi ta' ġestjoni ta' portfolio individwalizzati jitmexxew indipendentement minn kwalunkwe servizzi oħrajn taħt kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk provduti taħt id-Direttiva 85/611/KEE billi jiġu stabbiliti mekkaniżmi approprjati; u
—
id-ditta ta' investiment teżerċita d-drittijiet tal-vot tagħha b'mod indipendenti mill-impriża parent.
Madanakollu, l-Artikoli 9 u 10 għandhom japplikaw meta l-impriża parent, jew xi impriża oħra kkontrollata mill-impriża parent, tkun investiet f'holdings ġestit minn din id-ditta ta' investiment u d-ditta ta' investiment ma jkollha ebda diskrezzjoni li teżerċita d-drittijiet tal-vot marbuta ma' dawn il-holdings u tista' teżerċita dawn id-drittijiet tal-vot biss fuq struzzjonijiet diretti jew indiretti mill-impriża parent jew minn impriża kontrollata oħra ta' l-impriża parent.
|
|
Artikolu 12 6.
|
Malli tirċievi n-notifika skond il-paragrafu 1, iżda mhux iktar tard minn tlett ijiem tal-kummerċ wara, l-emittent għandu jagħmel pubbliku l-informazzjoni kollha li tkun tinsab fin-notifika.
|
|
Artikolu 12 7.
|
Stat Membru ta' l-oriġini jista' jeżenta lill-emittenti mill-ħtieġa li tinsab fil-paragrafu 6 jekk l-informazzjoni mniżżla fin-notifika tkun ġiet ippubblikata mill-awtorità kompetenti tiegħu, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21, malli jirċievi n-notifika, iżda mhux aktar tard minn tlett ijiem tal-kummerċ wara.
|
|
Artikolu 12 8.
|
Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u biex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1, 2, 4, 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u(2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri:
▼M3 —————
▼B
(b)
sabiex tiffissa kalendarju ta' “ġranet tal-kummerċ” għall-Istati Membri kollha;
(ċ)
sabiex tistabbilixxi f'liema każijiet l-azzjonista, jew il-persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikolu 10, jew it-tnejn li huma, għandhom jagħmlu n-notifika neċessarja lill-emittent;
(d)
sabiex jiġu ċċarati iċ-ċirkostanzi li taħthom l-azzjonista, jew il-persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikolu 10, kellhom isiru jafu bl-akkwist jew it-trasferiment;
(e)
sabiex jiġu ċċarati l-kondizzjonijiet ta' indipendenza li jridu jiġu sodisfatti mill-kumpanniji ta' ġestjoni u l-impriżi parent tagħhom jew minn ditti ta' investiment u l-impriżi parent tagħhom sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet fil-paragrafi 4 u 5.
|
|
Artikolu 12 9.
|
Sabiex jiġu żgurati l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (minn hawn ‘il quddiem “AETS”) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ (
15
) tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard li għandhom jintużaw meta tiġi nnotifikata l-informazzjoni meħtieġa lill-emittent skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew meta tiġi ddepożitata l-informazzjoni skont l-Artikolu 19(3).
Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0109
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|