+Artikolu 20 Lingwi
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 20 6.
---+Artikolu 20 7.
|
Artikolu 20 Lingwi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1.
|
Fejn titoli jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fl-Istat Membru ta' l-oriġini biss, l-informazzjoni regolata għandha tingħata biss b'lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta' l-oriġini.
|
|
Artikolu 20 2.
|
Fejn titoli jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat kemm fl-Istat Membru ta' l-oriġini kif ukoll fi Stat Membru ospitanti wieħed jew aktar, l-informazzjoni regolata għandha tiġi żvelata:
(a)
b'lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta' l-oriġini; u
(b)
skond l-għażla ta' l-emittent, jew b'lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri ospitanti jew b'lingwa wżata fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.
|
|
Artikolu 20 3.
|
Fejn titoli jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fi Stat Membru ospitanti wieħed jew aktar, iżda mhux fl-Istat Membru ta' l-oriġini, l-informazzjoni regolata għandha, skond l-għażla ta' l-emittent, tiġi żvelata b'lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri ospitanti jew b'lingwa wżata fl-isfera tal-finanzi internazzjonali. Barra minn hekk, l-Istat Membru ta' l-oriġini jista' jistabbilixxi fil-liġi, r-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi tiegħu li l-informazzjoni regolata għandha, skond l-għażla ta' l-emittent, tiġi żvelata jew b'lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti tiegħu jew b'lingwa wżata fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.
|
|
Artikolu 20 4.
|
Fejn titoli jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat mingħajr il-kunsens ta' l-emittent, ir-rekwiżiti taħt il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jaqgħu mhux fuq l-emittent, iżda fuq il-persuna li, mingħajr il-kunsens ta' l-emittent, tkun talbet din l-ammissjoni.
|
|
Artikolu 20 5.
|
L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-azzjonisti u lill-persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 13 li jinnotifikaw informazzjoni lil xi emittent taħt din id-Direttiva b'lingwa wżata fl-isfera tal-finanzi internazzjonali biss. Jekk l-emittent jirċievi din in-notifika, l-Istati Membri ma jistgħux jeħtieġu li l-emittent jipprovdi traduzzjoni għal xi lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti.
|
|
Artikolu 20 6.
|
Bħala deroga mill-paragrafi 1 sa 4, meta titoli li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tkun tammonta tal-inqas għal EUR 50 000 jew, fil-każ ta' titoli ta' dejn denominati f'munita apparti l-euro li jkunu, fid-data tal-emissjoni, ekwivalenti għal tal-anqas EUR 100 000 , jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fi Stat Membru jew f'aktar minn Stat Membru wieħed, l-informazzjoni regolata għandha tiġi żvelata lill-pubbliku jew fi lsien aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u tal-Istati Membri ospitanti jew fi lsien li jintuża abitwalment fil-qasam tal-finanzi internazzjonali, fuq l-għażla tal-emittent jew tal-persuna li, mingħajr il-kunsens tal-emittent, tkun talbet tali ammissjoni. Id-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika wkoll għat-titoli ta' dejn li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tkun tal-inqas EUR 50 000 jew, fil-każ ta' titoli ta' dejn denominati f'munita apparti l-euro li l-valur ta' tali denominazzjoni għal kull unità jkun, fid-data tal-emissjoni, ekwivalenti għal tal-anqas EUR 50 000 , li jkunu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fi Stat Membru jew f'aktar minn Stat Membru wieħed qabel il-31 ta' Diċembru 2010, għall-perjodu ta' żmien li tali titoli ta' dejn ikunu għadhom pendenti.
|
|
Artikolu 20 7.
|
Jekk isir xi rikors dwar il-kontenut ta' l-informazzjoni regolata quddiem qorti jew tribunal fi Stat Membru, ir-responsabbiltà għall-ħlas ta' l-ispejjeż imġarrba għat-traduzzjoni ta' dik l-informazzjoni għall-iskopijiet tal-proċedimenti għandha tiġi deċiża skond il-liġi ta' dak l-Istat Membru.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0109
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|