|
+Artikolu 22 1. |
Artikolu 22 1.L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu rekiwżiti tekniċi fir-rigward tal-aċċess għal informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni sabiex tispeċifika dan li ġej:
(a)
ir-rekwiżiti tekniċi rigward it-teknoloġiji tal-komunikazzjoni użati mill-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 21(2);
(b)
ir-rekwiżiti tekniċi għat-tħaddim tal-punt ta’ aċċess ċentrali għat-tfittxija għal informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni;
(c)
ir-rekwiżiti tekniċi rigward l-użu ta’ identifikatur uniku għal kull emittent mill-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 21(2);
(d)
il-format komuni għat-twassil ta’ informazzjoni regolata mill-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 21(2);
(e)
il-klassifikazzjoni komuni ta’ informazzjoni regolata mill-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 21(2) u l-lista komuni ta’ tipi ta’ informazzjoni regolata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|