|
+Artikolu 29 1. |
Artikolu 29 1.L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw kull deċiżjoni dwar sanzjonijiet u miżuri imposti għall-ksur ta’ din id-Direttiva mingħajr dewmien bla bżonn, inkluż tal-inqas informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni fiżiċi jew l-entitajiet ġuridiċi responsabbli għalih. Madankollu l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jdewmu l-pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni, jew jistgħu jippubblikaw id-deċiżjoni fuq bażi anonima b’mod li jkun f’konformità mad-dritt nazzjonali, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
fejn, fil-każ li s-sanzjoni tiġi imposta fuq persuna fiżika, il-pubblikazzjoni tad-data personali tinstab li hi sproporzjonata meta ssir valutazzjoni obbligatorja minn qabel tal-proporzjonalità ta’ din il-pubblikazzjoni;
(b)
fejn il-pubblikazjjoni thedded b’mod serju l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew investigazzjoni uffiċjali li għaddejja;
(c)
fejn il-pubblikazzjoni tikkawża, dment li tista’ tiġi ddeterminata, ħsara sproporzjonata u serja għall-istituzzjonijiet jew il-persuni fiżiċi involuti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|