|
+Artikolu 32 Emendi |
Artikolu 32 EmendiArtikolu 32 Emendi B'effett mid-data speċifikata fl-Artikolu 31(1), id-Direttiva 2001/34/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
(1)
Fl-Artikolu 1, il-punti (g) u (h) għandhom jitħassru;
(2)
L-Artikolu 4 għandu jitħassar;
(3)
Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 għandu jitħassar;
(4)
Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b'li ġej:
“2.
L-Istati Membri jistgħu jissoġġettaw lill-emittenti ta' titoli ammessi għal elenkar uffiċjali għal rekwiżiti addizzjonali, sakemm dawn ir-rekwiżiti addizzjonali japplikaw b'mod ġenerali għall-emittenti kollha jew għal klassijiet individwali ta' emittenti”;
(5)
L-Artikoli 65 sa 97 għandhom jitħassru;
(6)
L-Artikoli 102 u 103 għandhom jitħassru;
(7)
Fl-Artikolu 107(3), it-tieni subparagrafu għandu jitħassar;
(8)
Fl-Artikolu 108, il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
fil-punt (a), il-kliem “informazzjoni perjodika għandha tiġi ppubblikata mill-kumpanniji li l-ishma tagħhom huma ammessi” għandu jitħassar;
(b)
il-punt (b) għandu jitħassar;
(ċ)
il-punt (ċ)(iii) għandu jitħassar;
(d)
il-punt (d) għandu jitħassar. Ir-referenzi għad-disposizzjonijiet mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|