+Artikolu 3g 1.

Artikolu 3g 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi jew jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) jew jiżvelaw pubblikament spjegazzjoni ċara u motivata għaliex għażlu li ma jikkonformawx ma’ wieħed jew iżjed minn dawk ir-rekwiżiti.
(a) 

L-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi għandhom jiżviluppaw u jiżvelaw pubblikament politika dwar l-involviment li tiddeskrivi kif jintegraw l-involviment tal-azzjonisti fl-istrateġija ta’ investiment tagħhom. Il-politika għandha tiddeskrivi kif jimmonitorjaw il-kumpaniji li fihom isir investiment dwar kwistjonijiet rilevanti, inklużi l-istrateġija, il-prestazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja u r-riskju, l-istruttura tal-kapital, l-impatt soċjali u ambjentali u l-governanza korporattiva, iwettqu djalogi mal-kumpaniji li fihom isir investiment, jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot u drittijiet oħra marbuta mal-ishma, jikkooperaw ma’ azzjonisti oħra, jikkomunikaw mal-azzjonisti rilevanti tal-kumpaniji li fihom isir investiment u jimmaniġġjaw kunflitti ta’ interess attwali u potenzjali fir-rigward tal-involviment tagħhom.

(b) 

L-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi, fuq bażi annwali, għandhom jiżvelaw pubblikament kif il-politika ta’ involviment tagħhom ġiet implimentata, inkluża deskrizzjoni ġenerali ta’ kif jivvutaw, spjegazzjoni tal-votazzjonijiet l-aktar sinifikanti u l-użu tagħhom tas-servizzi tal-konsulenti f’materji relatati mal-vot. Huma għandhom jiżvelaw pubblikament kif ivvutaw fil-laqgħat ġenerali ta’ kumpaniji li għandhom ishma fihom. Tali żvelar jista’ jeskludi voti li huma insinifikanti minħabba s-suġġett tal-votazzjoni jew id-daqs tal-parteċipazzjoni fil-kumpanija.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32007L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.