+Artikolu 3i Trasparenza tal-maniġers tal-assi
---+Artikolu 3i 1.
---+Artikolu 3i 2.
---+Artikolu 3i 3.
|
Artikolu 3i Trasparenza tal-maniġers tal-assi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3i 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-maniġers tal-assi jiżvelaw fuq bażi annwali lill-investitur istituzzjonali li miegħu jkunu daħlu fl-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 3h kif l-istrateġija ta’ investiment tagħhom u l-implimentazzjoni tagħha hija konformi mal-arranġament u tikkontribwixxi għall-prestazzjoni fuq terminu medju sa twil tal-assi tal-investitur istituzzjonali jew tal-fond. Tali żvelar għandu jinkludi rappurtar dwar ir-riskji materjali ewlenin fuq terminu medju sa twil li huma assoċjati mal-investimenti, dwar il-kompożizzjoni tal-portafoll, dwar it-tranżazzjonijiet u l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, dwar l-użu ta’ konsulenti f’materji relatati mal-vot għall-fini ta’ attivitajiet ta’ involviment u l-politika tagħhom dwar is-self ta’ titoli u kif inhi applikata biex jitwettqu l-attivitajiet ta’ involviment jekk applikabbli, b’mod partikolari matul il-laqgħa ġenerali tal-kumpaniji li fihom isir investiment. Tali żvelar għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar jekk jagħmlux deċiżjonijiet ta’ investiment abbażi ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni fuq terminu medju sa twil tal-kumpanija li fiha jsir investiment, inkluża l-prestazzjoni mhux finanzjarja, u, jekk iva, dwar kif, jagħmluhom, u dwar jekk inħolqux kunflitti ta’ interessi b’rabta ma’ attivitajiet ta’ involviment, u, jekk iva, liema kienu, u dwar kif il-maniġers tal-assi indirizzawhom.
|
|
Artikolu 3i 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-informazzjoni fil-paragrafu 1 tiġi żvelata flimkien mar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 68 tad-Direttiva 2009/65/KE jew fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2011/61/UE, jew il-komunikazzjonijiet perjodiċi msemmija fl-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE. Meta l-informazzjoni żvelata skont il-paragrafu 1 diġà tkun pubblikament disponibbli, il-maniġer tal-assi mhuwiex meħtieġ jipprovdi l-informazzjoni lill-investitur istituzzjonali direttament.
|
|
Artikolu 3i 3.
|
L-Istati Membri jistgħu meta il-maniġer tal-assi ma jamministrax l-assi fuq bażi diskrezzjonali ta’ klijent bi klijent, jinħtieġu li l-informazzjoni żvelata skont il-paragrafu 1 tkun ipprovduta wkoll lil investituri oħrajn tal-istess fond tal-anqas jekk tintalab.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32007L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|