+Artikolu 5 Informazzjoni qabel il-laqgħa ġenerali
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.

Artikolu 5 Informazzjoni qabel il-laqgħa ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Bla ħsara għall-Artikoli 9(4) u 11(4) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar attentati ta’ akkwiżizzjoni ( 13 ), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpanija toħroġ is-sejħa għal-laqgħa ġenerali f’wieħed mill-metodi speċifikati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu mhux aktar tard mill-wieħed u għoxrin jum qabel il-laqgħa.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni, fejn il-kumpanija toffri l-faċilità lill-azzjonisti li jivvutaw b’mezzi elettroniċi aċċessibbli għall-azzjonisti kollha, il-laqgħa ġenerali ta’ l-azzjonisti tista’ tiddeċiedi li ssejjaħ laqgħa ġenerali li mhijiex laqgħa ġenerali annwali b’wieħed mill-modi speċifikati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu mhux aktar tard mill-erbatax il-jum qabel il-laqgħa. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed b’maġġoranza ta’ mhux anqas minn żewġ terzi tal-voti marbuta ma’ l-ishma jew mal-kapital sottoskritt rappreżentat u għal dewmien li ma jmurx lil hinn mil-laqgħa ġenerali annwali li jmiss.

L-Istati Membri mhumiex meħtieġa japplikaw il-perijodi minimi msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu għat-tieni sejħa jew għal dawk ta’ warajha ta’ laqgħa ġenerali maħruġa minħabba nuqqas ta’ kworum li kien meħtieġ għal-laqgħa msejħa mill-ewwel sejħa, sakemm kien hemm konformità ma’ dan l-Artikolu fl-ewwel sejħa u li l-ebda punt ġdid ma jkun tqiegħed fl-aġenda u sakemm ikunu għaddew ta’ l-anqas għaxart ijiem bejn is-sejħa finali u d-data tal-laqgħa ġenerali.

Artikolu 5 2.
Bla ħsara għal rekwiżiti addizzjonali għal notifika jew pubblikazzjoni stabbilita mill-Istat Membru kompetenti kif definiti fl-Artikolu 1(2), il-kumpanija għandha tkun meħtieġa li toħroġ is-sejħa msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu b’tali mod li jiġi żgurat aċċess mgħaġġel għaliha fuq bażi mhux diskriminatorja. L-Istat Membru għandu jirrikjedi lill-kumpanija biex tuża tali mezzi li wieħed jista’ jiddependi fuqhom b’mod raġonevoli għat-tixrid effettiv ta’ informazzjoni lill-pubbliku fil-Komunità kollha. L-Istat Membru ma jistax jimponi obbligu biex jintużaw biss mezzi li l-operaturi tagħhom huma stabbiliti fit-territorju tiegħu.

Mhuwiex meħtieġ li l-Istati Membri japplikaw l-ewwel sub-paragrafu lil kumpaniji li jistgħu jidentifikaw l-ismijiet u l-indirizzi ta’ l-azzjonisti tagħhom minn reġistru kurrenti ta’ l-azzjonisti, u dan sakemm il-kumpanija għandha l-obbligu li tibgħat is-sejħa lil kull wieħed mill-azzjonisti reġistrati tagħha.

Fi kwalunkwe każ, il-kumpanija ma tistax titlob għal kwalunkwe ħlas speċifiku għall-ħruġ tas-sejħa bil-mod preskritt.

Artikolu 5 3.

Is-sejħa msemmija fil-paragrafu 1 għandha għall-inqas:

(a) 

tindika b’mod preċiż meta u fejn se ssir il-laqgħa ġenerali, u l-aġenda proposta għal-laqgħa ġenerali;

(b) 

tinkludi deskrizzjoni ċara u preċiża tal-proċeduri li l-azzjonisti huma meħtieġa li jikkonformaw magħhom biex ikunu jistgħu jieħdu sehem u jitfgħu l-vot tagħhom fil-laqgħa ġenerali. Din tinkludi informazzjoni dwar:

(i) 

id-drittijiet disponibbli għall-azzjonisti skond l-Artikolu 6, sakemm dawn id-drittijiet jistgħu jiġu eżerċitati wara li tkun ħarġet is-sejħa, u skond l-Artikolu 9 u l-iskadenzi li fihom jistgħu jiġu eżerċitati drittijiet bħal dawn; din is-sejħa tista’ tkun limitata sabiex tiddikkjara biss l-iskadenzi li fihom jistgħu jiġu eżerċitati dawn id-drittijiet, sakemm ikun fiha referenza għal informazzjoni aktar dettaljata dwar drittijiet bħal dawn li jkunu disponibbli fuq is-sit ta’ l-Internet tal-kumpanija;

(ii) 

il-proċedura għal votazzjoni permezz ta’ prokura, b’mod partikolari l-formuli li għandhom jintużaw għal vot bi prokura u l-mezzi li permezz tagħhom il-kumpanija hija lesta li taċċetta notifiki elettroniċi ta’ ħatriet ta’ prokuraturi; u

(iii) 

fejn huwa applikabbli, il-proċedura għat-tfigh ta’ votazzjoni kemm jekk b’korrispondenza jew b’mezzi elettroniċi;

(ċ) 

fejn huwa applikabbli, tiddikjara d-data ta’ reġistrazzjoni kif definit fl-Artikolu 7(2), u tispjega li persuni li huma azzjonisti f’dik id-data biss għandu jkollhom id-dritt li jipparteċipaw u li jivvotaw fil-laqgħa ġenerali;

(d) 

tindika minn fejn u kif jista’ jinkiseb it-test sħiħ u mhux imqassar tad-dokumenti u l-abbozzi ta’ riżoluzzjonijiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 4;

(e) 

tindika l-indirizz tas-sit ta’ l-Internet fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 se jkun disponibbli.

Artikolu 5 4.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għal perijodu kontinwu li jibda’ sa mhux aktar tard mill-wieħed u għoxrin ġurnata qabel il-ġurnata tal-laqgħa ġenerali u li jinkludi l-ġurnata tal-laqgħa, il-kumpannija għandha tagħmel disponibbli lill-azzjonisti tagħha fuq is-sit ta’ l-Internet tagħha għallinqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

is-sejħa msemmija fil-paragrafu 1;

(b) 

in-numru totali ta’ ishma u drittijiet tal-vot fid-data tas-sejħa (inklużi totali separati għal kull klassi ta’ ishma fejn il-kapital tal-kumpanija huwa maqsum f’żewġ klassijiet ta’ ishma jew aktar);

(ċ) 

id-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati fil-laqgħa ġenerali;

(d) 

abbozz ta’ riżoluzzjoni jew, fejn ma tiġix proposta riżoluzzjoni biex tiġi adottata, kumment minn korp kompetenti fi ħdan il-kumpanija, maħtur bil-liġi applikabbli, għal kull punt fuq l-aġenda proposta tal-laqgħa ġenerali; barra minn hekk, kwalunkwe abbozz ta’ riżoluzzjoni mressaq mill-azzjonisti għandu jiġi miżjud malli jkun fattibbli wara li l-kumpanija tkun irċevietu;

(e) 

fejn applikabbli, il-formoli li għandhom jintużaw għal vot bi prokura u għal vot b’korrispondenza, sakemm dawn il-formoli jintbagħtu direttament lil kull azzjonist.

Fejn il-formoli msemmija fil-punt (e) ma jistgħux ikunu disponibbli fuq l-Internet minħabba raġunijiet tekniċi, il-kumpanija għandha tindika fuq is-sit tagħha kif dawn il-formoli jistgħu jinkisbu fuq karta. F’dan il-każ, il-kumpanija tkun meħtieġa tibgħat il-formoli bis-servizzi postali u mingħajr ħlas lill kull azzjonist li jitlob biex isir hekk.

Fejn, skond l-Artikolu 9(4) jew 11(4) tad-Direttiva 2004/25/KE, jew skond it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, is-sejħa għal-laqgħa ġenerali tinħareġ wara wieħed u għoxrin ġurnata qabel il-laqgħa, il-perijodu speċifikat f’dan il-paragrafu għandu jitqassar b’mod xieraq.

Artikolu 5 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-finijiet tad-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament 2021/23 il-laqgħa ġenerali tista’, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħa b’mod validu, toħroġ konvokazzjoni għal laqgħa ġenerali, jew timmodifika l-istatuti biex tippreskrivi li konvokazzjoni għal laqgħa ġenerali tinħareġ, b’avviż iqsar minn kif stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, biex tiddeċiedi dwar żieda kapitali, sakemm dik il-laqgħa ma ssirx fi żmien għaxart ijiem tal-kalendarju mill-konvokazzjoni, li l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 27 jew 29 tad-Direttiva 2014/59/UE jew tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2021/23 huma ssodisfati, u li ż-żieda fil-kapital hija meħtieġa biex jiġu evitati l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 32 u 33 tad-Direttiva 2014/59/UE jew fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/23.
Artikolu 5 6.
Għall-finijiet tal-paragrafu 5, l-obbligu għal kull Stat Membru li jiffissa skadenza waħda fl-Artikolu 6(3), l-obbligu li jiżgura d-disponibbiltà fil-ħin ta’ agenda riveduta fl-Artikolu 6(4) u l-obbligu għal kull Stat Membru li jiffissa data ta’ reġistrazzjoni waħda fl-Artikolu 7(3) ma għandhomx japplikaw.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32007L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.