+Artikolu 7 Ir-rekwiżiti għall-parteċipazzjoni u l-votazzjoni fil-laqgħa ġenerali
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
|
Artikolu 7 Ir-rekwiżiti għall-parteċipazzjoni u l-votazzjoni fil-laqgħa ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw:
(a)
li d-dritt ta’ azzjonist sabiex jipparteċipa fil-laqgħa ġenerali u jivvota rigward kwalunkwe mill-ishma tiegħu ma għandux ikun suġġett għal kwalunkwe rekwiżit li tirrikjedi li l-ishma tiegħu jkunu depositati jew trasferiti jew reġistrati f’isem persuna oħra fiżika jew ġuridika qabel il-laqgħa ġenerali; u
(b)
li d-drittijiet ta’ azzjonist li jbiegħ jew b’mod ieħor jitrasferixxi l-ishma tiegħu waqt il-perijodu bejn id-data ta’ reġistrazzjoni, kif definita fil-paragrafu 2, u l-laqgħa ġenerali li għalihom tapplika ma jkunux suġġetti għal l-ebda restrizzjoni li għaliha s-soltu ma jkunux suġġetti.
|
|
Artikolu 7 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiddisponu sabiex id-drittijiet ta’ azzjonist biex jipparteċipa f’laqgħa ġenerali u biex jivvota fir-rigward ta’ l-ishma tiegħu għandhom jiġu determinati fir-rigward ta’ l-ishma miżmuma minn dak l-azzjonist f’data speċifika qabel il-laqgħa ġenerali (id-“data ta’ reġistrazzjoni”). Mhuwiex meħtieġ li l-Istati Membri japplikaw l-ewwel subparagrafu lill-kumpanniji li jistgħu jidentifikaw l-ismijiet u l-indirizzi ta’ l-azzjonisti tagħhom minn reġistru kurrenti ta’ l-azzjonisti fil-ġurnata tal-laqgħa ġenerali.
|
|
Artikolu 7 3.
|
Kull Stat Membru għandu jiżgura li data ta’ reġistrazzjoni waħda tapplika għall-kumpaniji kollha. Madankollu, Stat Membru jista’ jistabbilixxi data ta’ reġistrazzjoni waħda għal kumpaniji li ħarġu ishma anonimi u oħra għal dawk li ħarġu ishma reġistrati, sakemm data ta’ reġistrazzjoni waħda tkun tapplika għal kull kumpanija li tkun ħarġet iż-żewġ tipi ta’ ishma. Id-data ta’ reġistrazzjoni ma għandhiex tkun aktar minn tletin jum qabel id-data tal-laqgħa ġenerali li tapplika għaliha. Fl-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u ta’ l-Artikolu 5(1), kull Stat Membru għandu jiżgura li ta’ l-anqas ikunu għaddew tmient ijiem bejn l-aħħar data permissibbli għas-sejħa tal-laqgħa ġenerali u tad-data ta’ reġistrazzjoni. Fil-kalkolu ta’ dak in-numru ta’ ġranet dawk iż-żewġ dati ma għandhomx jiġu inklużi. Madankollu, fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu, Stat Membru jista’ jitlob li jgħaddu mill-anqas sitt ijiem bejn l-aħħar data permessa għat-tieni sejħa jew għal sejħa oħra wara tal-laqgħa ġenerali u d-data ta’ reġistrazzjoni. Fil-kalkolu tan-numru ta’ ġranet dawn iż-żewġ dati ma għandhomx jiġu inklużi.
|
|
Artikolu 7 4.
|
Il-prova ta’ kwalifika bħala azzjonist tista’ ssir suġġetta biss għal dawk ir-rekwiżiti li huma meħtieġa biex jiżguraw l-identifikazzjoni ta’ l-azzjonisti u biss sa fejn dawn ikunu proporzjonati biex jinkiseb dak l-għan.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32007L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|