+Artikolu 10 Votazzjoni bi prokura
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.

Artikolu 10 Votazzjoni bi prokura

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.
Kull azzjonist għandu jkollu d-dritt li jaħtar kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra bħala prokuratur biex jattendi u jivvota f’laqgħa ġenerali f’ismu. Il-prokuratur għandu jgawdi mill-istess drittijiet biex jitkellem u jistaqsi mistoqsijiet fil-laqgħa ġenerali bħal dawk li l-azzjonist hekk rappreżentat huwa intitolat għalihom.

Minbarra r-rekwiżit li l-prokuratur irid ikollu l-kapaċità legali, l-Istati Membri għandhom iħassru kwalunkwe regola legali li tillimita, jew li tippermetti lill-kumpaniji sabiex tillimita, l-eliġibilità ta’ persuni biex jinħatru bħala prokuraturi.

Artikolu 10 2.
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-ħatra ta’ prokuratur għal laqgħa waħda, jew għal laqgħat li jistgħu isiru f’perijodu speċifiku.

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13(5), l-Istati Membri jistgħu jillimitaw in-numru ta’ persuni li azzjonist jista’ jaħtar bħala prokuraturi fir-rigward ta’ kwalunkwe laqgħa ġenerali partikulari. Madankollu, jekk azzjonist għandu ishma ta’ kumpanija miżmuma f’aktar minn kont ta’ titoli wieħed, din il-limitazzjoni ma għandhiex iżżomm lill-azzjonist milli jaħtar prokuratur separat fir-rigward ta’ ishma miżmuma f’kull kont ta’ titoli relatat ma kwalunklwe laqgħa ġenerali. Dan ma’ jaffettwax ir-regoli stabbiliti mil-liġi applikabbli li jipprojbixxu t-tfiegħ ta’ voti b’mod differenti fir-rigward ta’ l-ishma miżmuma mill-istess azzjonist.

Artikolu 10 3.

Barra mil-limitazzjonijiet permessi b’mod ċar fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri ma jistgħux jirrestrinġu jew jippermettu lill-kumpaniji biex jirrestrinġu l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ l-azzjonisti permezz ta’ prokuraturi għal kwalunkwe skop ħlief biex jindirizzaw kunflitti ta’ interess potenzjali bejn il-prokuratur u l-azzjonist, li fl-interess tiegħu il-prokuratur huwa marbut li jaġixxi u billi jagħmlu dan, l-Istati Membri ma jistgħux jimponu xi rekwiżit għajr dawn li ġejjin:

(a) 

L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-prokuraturi jiżvelaw ċerti fatti speċifiċi li jistgħu jkunu rilevanti għall-azzjonisti biex jevalwaw kwalunkwe riskju li l-prokuratur jista’ jsegwi kwalunkwe interess li mhuwiex dak ta’ l-azzjonist;

(b) 

l-Istati Membri jistgħu jillimitaw jew jeskludu l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ l-azzjonisti permezz ta’ prokuraturi mingħajr istruzzjonijiet speċifiċi għall-votazzjoni fir-rigward ta’ kull riżoluzzjoni li fuqha l-prokuratur għandu jivvota f’isem l-azzjonist;

(ċ) 

l-Istati Membri jistgħu jillimitaw jew jeskludu t-trasferiment tal-prokura lil persuna oħra, iżda dan ma għandux iżomm prokuratur li tkun persuna ġuridika milli jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu permezz ta’ kwalunkwe membru tal-korp amministrattiv jew maniġerjali tiegħu jew permezz ta’ kwalunkwe impjegat tiegħu.

Jista’ jinħoloq kunflitt ta’ interess skond it-tifsira ta’ dan il-paragrafu b’mod partikulari fejn il-prokuratur:

(i) 

huwa azzjonist ta’ kontroll tal-kumpanija, jew huwa entità oħra kkontrollata minn azzjonist bħal dan;

(ii) 

huwa membru tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew ta’ superviżjoni tal-kumpanija, jew ta’ azzjonist ta’ kontroll jew ta’ entità kkontrollata kif msemmi fil-punt (i);

(iii) 

huwa impjegat jew awditur tal-kumpanija, jew ta’ azzjonist ta’ kontroll jew ta’ entità kkontrollata kif imsemmi fil-punt (i);

(iv) 

għandu relazzjoni ta’ familja ma’ persuna fiżika msemmija fil-punti (i) sa (iii).

Artikolu 10 4.
Il-prokuratur għandu jitfa’ l-voti skond l-istruzzjonijiet ta’ votazzjoni maħruġa mill-azzjonist li jaħtar.

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-prokuraturi jżommu reġistru ta’ l-istruzzjonijiet għall-votazzjoni għal perijodu minimu definit u li jikkonfermaw fuq talba li l-istruzzjonijiet għall-vot twettqu.

Artikolu 10 5.
Persuna li taġixxi bħala prokuratur tista’ jkollha prokura minn diversi azzjonisti mingħajr limitu fuq in-numru ta’ azzjonisti rappreżentati. Fejn prokuratur ikollu prokuri minn diversi azzjonisti, il-liġi applikabbli għandha tippermettilu li jitfa’ voti għal ċertu azzjonist b’mod differenti minn voti mitfugħa għal azzjonist ieħor.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32007L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.