|
+Artikolu 3 1. |
Artikolu 3 1.Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“gradazzjoni ta’ kreditu” tfisser opinjoni dwar is-solvibbiltà ta’ entità, debitu jew obbligu finanzjarju, garanzija ta’ debitu, sehem privileġġati jew strument finanzjarju ieħor, jew ta’ emittent ta’ tali debitu jew obbligu finanzjarju, garanzija ta’ debitu, sehem privileġġati jew strument finanzjarju ieħor, maħruġin bl-użu ta’ sistema gradatorja stabbilita u definita ta’ kategoriji ta’ gradazzjoni;
(b)
“aġenzija li tiggrada l-kreditu” tfisser persuna ġuridika li l-okkupazzjoni tagħha tinkludi l-ħruġ ta’ gradazzjonijiet ta’ kreditu fuq bażi professjonali;
(c)
“Stat Membru ta’ domiċilju” tfisser Stat Membru fejn l-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha;
(d)
“analista ta’ gradazzjoni” tfisser persuna li twettaq funzjonijiet analitiċi li huma meħtieġa għall-ħruġ ta’ gradazzjoni ta’ kreditu.
(e)
“analista ta’ gradazzjoni ewlieni” tfisser persuna b’responsabilità primarja għall-elaborazzjoni ta’ gradazzjoni ta’ kreditu jew għall-komunikazzjoni mal-emittent fir-rigward ta’ gradazzjoni partikulari ta’ kreditu jew, b’mod ġenerali, fir-rigward tal-gradazzjoni ta’ kreditu ta’ strument finanzjarju maħruġ minn dak l-emittent u, fejn ikun rilevanti, għat-tħejjija ta’ rakkomandazzjonijiet għall-kumitat ta’ gradazzjoni f’rabta ma’ tali gradazzjoni;
(f)
“entità ggradata” tfisser persuna ġuridika li s-solvibbiltà tagħha tkun iggradata espliċitament jew impliċitament fil-gradazzjoni ta’ kreditu, sew jekk issolleċitatx jew le dik il-gradazzjoni ta’ kreditu u sew jekk ipprovdietx jew le informazzjoni għal dik il-gradazzjoni ta’ kreditu;
(g)
“finijiet regolatorji” tfisser l-użu tal-gradazzjonijiet ta’ kreditu għall-fini speċifika ta’ konformità mal-liġi tal-Unjoni, jew mal-liġi tal-Unjoni kif implimentata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri;
(h)
“kategorija ta’ gradazzjoni” tfisser simbolu ta’ gradazzjoni, bħal simbolu alfabetiku jew numeriku li jista’ jkun akkumpanjat minn karattri ta’ identifikazzjoni miżjuda miegħu, użat fi gradazzjoni ta’ kreditu biex jipprovdi kejl relattiv ta’ riskju għalbiex issir distinzjoni bejn il-karatteristiċi differenti ta’ riskju tat-tipi ta’ entitajiet, emittenti u strumenti finanzjarji ggradati jew assi oħra;
(i)
“parti terza relatata” tfisser l-oriġinatur, l-arranġatur, l-isponsor, is-servicer jew kwalunkwe parti oħra li tinteraġixxi ma’ aġenzija li tiggrada l-kreditu f’isem entità ggradata, inkluża kwalunkwe persuna direttament jew indirettament marbuta ma’ dik l-entità gradata b’kontroll;
(j)
“kontroll” tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, kif hemm deskritt fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 dwar kontijiet ikkonsolidati ( 1 ), jew rabta mill-qrib bejn persuna fiżika jew ġuridika u impriża;
(k)
“strument finanzjarju” tfisser kwalunkwe mill-istrumenti elenkati fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar swieq ta’ strumenti finanzjarji ( 2 );
(l)
“strument ta’ titolizzazzjoni” tfisser strument finanzjarju jew assi oħrajn li jirriżultaw minn tranżazzjoni jew skema ta’ titolizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402[ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];
(m)
“grupp ta’ aġenziji li jiggradaw il-kreditu” tfisser grupp ta’ impriżi stabbiliti ►M3 fl-Unjoni ◄ li jikkonsistu f’impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha fit-tifsira tal-Artikolu 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE kif ukoll impriżi relatati ma’ xulxin b’relazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE u li l-okkupazzjoni tagħhom tinkludi l-ħruġ ta’ gradazzjonijiet ta’ kreditu. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 4(3), grupp ta’ aġenziji li jiggradaw il-kreditu għandu jinkludi wkoll aġenziji li jiggradaw il-kreditu stabbiliti f’pajjiżi terzi;
(n)
“ġestjoni għolja” tfisser il-persuna jew il-persuni, li jidderieġu b’mod effettiv in-negozju tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu u l-membru jew il-membri tal-bord ta’ amministrazzjoni jew ta’ superviżjoni tagħha;
(o)
“attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu” tfisser analiżi ta’ data u informazzjoni u l-evalwazzjoni, l-approvazzjoni, il-ħruġ u r-rieżami ta’ gradazzjonijiet ta’ kreditu;
(p)
“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet maħturin minn kull Stat Membru għall-fini ta' dan ir-Regolament kif previst fl-Artikolu 22;
(pa)
“istituzzjoni tal-kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE;
(pb)
“ditta ta’ investiment” tfisser ditta ta’ investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;
(pc)
“impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta ‘Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) ( 3 );
(pd)
“impriża tar-riassigurazzjoni” tfisser impriża tar-riassigurazzjoni kif definita fil-punt (4) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
(pe)
“istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali ” tfisser istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali kif definita fl-Article 6(a) tad-Direttiva 2003/41/KE;
(pf)
“kumpaniji ta’ ġestjoni” tfisser kumpanija tal-maniġment kif definita fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) ( 4 );
(pg)
“kumpanija ta’ investiment” tfisser kumpanija ta’ investiment awtorizzata b’konformità mad-Direttiva 2009/65/KE;
(ph)
“maniger ta’ fond ta’ investiment alternattiv” tfisser AIFM kif definit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/EU ( 5 );
(pi)
“kontroparti ċentrali ” tfisser CCP kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ( 6 ) li tkun awtorizzata b’konformità mal-Artikolu 14 ta’ dak ir- Regolament;
(pj)
“prospett” tfisser prospett ippubblikat taħt id-Direttiva 2003/71/KE u r-Regolament (KE) Nru 809/2004;
(q)
“leġislazzjoni settorjali” tfisser l-atti leġislattivi tal-Unjoni msemmija fil-punti (pa) sa (pj);
(r)
“awtoritajiet kompetenti settorjali” tfisser l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali maħtura skont il-leġislazzjoni settorjali rilevanti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu, id-ditti tal-investiment, l-impriżi tar-riassigurazzjoni, impriżi għall-investiment kollettiv fit-titoli trasferibbli (UCITS), istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjoni, kumpaniji ta’ ġestjoni, kumpaniji ta’ investiment, maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternatti, kontropartijiet ċentrali u prospetti li għandhom jiġu ppubblikati;
(s)
“emittent” tfisser emittent kif definit fil-punt (h) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/71/KE;
(t)
“oriġinatur” tfisser oriġinatur kif definit fil-punt (41) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE;
(u)
“sponsor” tfisser sponsor kif definit fil-punt (42) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE;
(v)
“gradazzjoni sovrana” tfisser:
(i)
gradazzjoni tal-kreditu fejn l-entità ggradata hija Stat jew awtorità reġjonali jew lokali ta’ Stat,
(ii)
gradazzjoni tal-kreditu fejn l-emittent tal-dejn jew tal-obbligu finanzjarju, titolu ta’ dejn jew strument finanzjarju ieħor huwa Stat jew awtorità reġjonali jew lokali ta’ Stat, jew entità ad hoc ta’ Stat jew ta’ awtorità reġjonali jew lokali;
(iii)
gradazzjoni tal-kreditu fejn l-emittent ikun istituzzjoni finanzjarja internazzjonali stabbilita minn żewġ Stati jew aktar li jkollha l-għan li timmobilizza l-finanzjament u topprovdi assistenza finanzjarja għall-benefiċċju tal-membri ta’ dik l-istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, li jkunu qegħdin jesperjenzaw problemi finanzjarji serji jew fejn ikun hemm theddid ta’ dan;
(w)
“prospetti ta’ gradazzjoni” tfisser opinjoni fir-rigward tad-direzzjoni probabbli li se tieħu l-gradazzjoni tal-kreditu fi żmien qasir jew medju;
(x)
“gradazzjoni tal-kreditu mhux solleċitata” u “gradazzjoni sovrana mhux solleċitata” tfisser rispettivament gradazzjoni tal-kreditu, jew gradazzjoni sovrana assenjata minn aġenzija tal-gradazzjoni tal-kreditu minbarra f’każijiet fejn din tkun intalbet;
(y)
“skor kreditizju” tfisser miżura ta’ affidabbiltà kreditizja li ġejja mis-sintesi u l-preżentazzjoni ta’ dejta abbażi ta’ sistema jew mudell ta’ statistika prestabbiliti biss, mingħajr input analitiku speċifiku għall-gradazzjoni sostanzjali u addizzjonali mill-analist tal-gradazzjoni;
(z)
“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE u stabbilit fl-Unjoni;
(aa)
“rititolizzazzjoni” tfisser rititolizzazzjoni kif definita fil-punt (40a) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|