+Artikolu 4 Użu ta’ gradazzjonijiet ta’ kreditu
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
|
Artikolu 4 Użu ta’ gradazzjonijiet ta’ kreditu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti ta’ investiment, impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni, istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali, kumpaniji ta’ ġestjoni, kumpaniji ta’ investiment, maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi u kontropartijiet ċentrali jistgħu jużaw il-gradazzjonijiet tal-kreditu għal finijiet regolatorji biss jekk jinħarġu minn aġenziji tal-gradazzjoni tal-kreditu stabbiliti fl-Unjoni u rreġistrati f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Fejn prospett ikun fih referenza tal-gradazzjoni ta’ kreditu jew għal gradazzjonijiet ta’ kreditu, l-emittent, min qed joffri, jew il-persuna li tkun qed titlob li tiġi ammessa fil-kummerċ f’suq regolat għandhom jiżguraw li l-prospett ikun jinkludi wkoll tagħrif ċar u prominenti li jkun jiddikjara jekk dawn il-gradazzjonijiet tal-kreditu humiex maħruġa jew le minn aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita fl-Unjoni u rreġistrata taħt dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita
►M3
fl-Unjoni ◄ u rreġistrata skont dan ir-Regolament għandha titqies li tkun ħarġet gradazzjoni ta’ kreditu meta l-gradazzjoni ta’ kreditu tkun ġiet ippubblikata fuq il-website tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew b’mezzi oħrajn jew distribwita b’abbonament u ppreżentata u żvelata skont l-obbligi tal-Artikolu 10, li jidentifikaw b’mod ċar li l-gradazzjoni ta’ kreditu hija endorsjata skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita
►M3
fl-Unjoni ◄ u rreġistrata skont dan ir-Regolament tista’ tendorsja gradazzjoni ta’ kreditu maħruġa f’pajjiż terz biss meta l-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu li jirriżultaw fil-ħruġ ta’ tali gradazzjoni ta’ kreditu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu li jirriżultaw fil-ħruġ tal-gradazzjoni ta’ kreditu li għandha tiġi endorsajta jitwettqu parzjalment jew kompletament mill-aġenzija li tiggrada l-kreditu li tendorsja jew minn aġenziji li jiggradaw il-kreditu li jappartjenu għall-istess grupp;
▼M3
(b)
l-aġenzija li tiggrada l-kreditu vverifikat u hija kapaċi turi fuq bażi kontinwa lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (AETS) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
), li t-twettiq tal-attivitajiet tal-gradazzjoni tal-kreditu mill-aġenzija li tiggrada l-kreditu minn pajjiż terz li jirriżultaw fil-ħruġ ta’ gradazzjoni tal-kreditu li għandha tiġi approvata jissodisfa r-rekwiżiti li huma tal-anqas stretti daqs ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 12 tal-Anness I, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 6a, 6b, 8a,
►M5
————— ◄ 8c u 11a, il-punt (ba) tal-punt 3 u l-punti 3a u 3b tat-Taqsima B tal-Anness I;
▼M1
(c)
il-kapaċità tal-AETS li tevalwa u timmonitorja l-konformità tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita fil-pajjiż terz mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (b) mhijiex limitata;
(d)
l-aġenzija li tiggrada l-kreditu meta tintalab, tagħmel disponibbli lill-AETS l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex l-AETS tkun tista’ tissorvelja fuq bażi kontinwa l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;
▼B
(e)
hemm raġuni oġġettiva sabiex il-gradazzjoni ta’ kreditu tiġi elaborata f’pajjiż terz;
(f)
l-aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita fil-pajjiż terz hija awtorizzata jew irreġistrata u hija suġġetta għal superviżjoni f’dak il-pajjiż terz;
(g)
ir-reġim regolatorju f’dak il-pajjiż terz jipprevjeni l-indħil mill-awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet pubbliċi oħra f’dak il-pajjiż terz fil-kontenut tal-gradazzjonijiet tal-kreditu u fil-metodoloġiji; u
▼M1
(h)
hemm arranġament adatt ta’ kooperazzjoni bejn l-AETS u l-awtorità superviżorja rilevanti tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita f'pajjiż terz. L-AETS għandha tiżgura li tali arranġament ta’ kooperazzjoni għandu tal-inqas jispeċifika:
(i)
il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-AETS u l-awtorità superviżorja rilevanti tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita f'pajjiż terz; u
(ii)
il-proċeduri li jirrigwardaw il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji sabiex l-AETS tkun tista' timmonitorja l-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta' kreditu attivitajiet ta’ gradazzjoni ta' kreditu li jirriżultaw fil-ħruġ ta’ gradazzjoni tal-kreditu approvata fuq bażi kontinwa.
▼B
|
|
Artikolu 4 4.
|
Gradazzjoni ta’ kreditu endorsjata skont il-paragrafu 3 għandha titqies bħala gradazzjoni ta’ kreditu maħruġa minn aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita
►M3
fl-Unjoni ◄ u rreġistrata skont dan ir-Regolament.
Aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita
►M3
fl-Unjoni ◄ u rreġistrata skont dan ir-Regolament ma tistax tuża tali endorsjar bil-ħsieb li tevita r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 4 5.
|
L-aġenzija ta’ gradazzjoni ta’ kreditu li endorsjat gradazzjonijiet ta’ kreditu maħruġa f’pajjiżi terzi f’konformità mal-paragrafu 4 għandhom jibqgħu responsabbli kompletament għal tali gradazzjoni ta’ kreditu u għat-twettiq tal-kondizzjonijiet stabbiliti fih.
|
|
Artikolu 4 6.
|
Fejn il-Kummissjoni tkun għarfet, skont l-Artikolu 5(6), il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(7) ikunu operazzjonali, l-aġenzija li tiggrada l-kreditu li tendorsja l-gradazzjonijiet ta’ kreditu maħruġa f’dak il-pajjiż terz m’għandhiex tkun meħtieġa aktar li tivverifika jew turi li l-kondizzjoni stabbilita fil-punt (g) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jkun ġie ssodisfat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1060
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|