+Artikolu 6 Indipendenza u evitar ta’ konflitti ta’ interess
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.

Artikolu 6 Indipendenza u evitar ta’ konflitti ta’ interess

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tieħu l-passi neċessarji kollha biex tiżgura li l-ħruġ ta’ gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni ma jkunx affettwat minn kwalunkwe konflitt ta’ interess eżistenti jew potenzjali jew relazzjoni ta’ negozju li tinvolvi lill-aġenzija li tiggrada l-kreditu li toħroġ il-gradazzjoni tal-kreditu jew il-prospett ta’ gradazzjoni, l-azzjonisti, il-maniġers, l-analisti tal-gradazzjoni, l-impjegati tagħha jew lil kwalunkwe persuna naturali oħra tagħha li s-servizzi tagħha huma għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu, jew kwalunkwe persuna marbuta direttament jew indirettament magħha b’kontroll.
Artikolu 6 2.
Sabiex tiżgura l-konformità mal-paragrafu 1, aġenzija li jiggradaw il-kreditu għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsimiet A u B tal-Anness I.
Artikolu 6 3.

Fuq talba ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu, l-AETS tista’ teżenta aġenzija li tiggrada l-kreditu milli tikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti 2, 5, 6 u 9 tat-Taqsima A tal-Anness I u l-Artikolu 7(4) jekk l-aġenzija li tiggrada l-kreditu tkun kapaċi turi li dawk ir-rekwiżiti mhumiex proporzjonati fid-dawl tan-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tagħha, u n-natura u l-firxa tal-ħruġ ta’ gradazzjonijiet tal-kreditu u li:

▼B

(a) 

l-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha inqas minn 50 impjegat;

(b) 

l-aġenzija implimentat miżuri u proċeduri, b’mod partikolari miżuri u proċeduri, b’mod partikolari mekkaniżmi ta’ kontroll intern, arranġamenti ta’ rappurtar u miżuri li jiżguraw l-indipendenza tal-analisti ta’ gradazzjoni u tal-persuni li japprovaw il-gradazzjonijiet ta’ kreditu, li jiżguraw konformità effettiva mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament; u

(c) 

id-daqs tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu mhux stabbilit b’tali mod li tiġi evitata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament minn aġenzija li tiggrada l-kreditu jew minn grupp ta’ aġenziji li jiggradaw il-kreditu.

▼M1

Fil-każ ta’ grupp ta’ aġenziji li jiggradaw il-kreditu, l-AETS għandha tiżgura li tal-inqas waħda mill-aġenziji li jiggradaw il-kreditu fil-grupp ma tkunx eżentata milli tikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti 2, 5 u 6 tat-Taqsima A tal-Anness I u l-Artikolu 7(4).

Artikolu 6 4.
L-aġenziji li jiggradaw il-kreditu għandhom jistabbilixxu, iżommu, jinfurzaw, u jiddokumentaw struttura effikaċi ta’ kontroll intern li tirregola l-implimentazzjoni ta’ politiki u proċeduri għall-prevenzjoni u t-tnaqqis ta’ konflitti ta’ interess possibbli u biex tkun żgurata l-indipendenza tal-gradazzjonijiet tal-kreditu, l-analisti tal-gradazzjoni u t-timijiet tal-gradazzjoni fir-rigward tal-azzjonisti, il-korpi amministrattivi u ta’ ġestjoni u l-attivitajiet ta’ bejgħ u kummerċjalizzazzjoni. L-aġenziji li jiggradaw il-kreditu għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi standard (SOPs) rigward il-governanza korporattiva, l-organizzazzjoni, u l-ġestjoni ta’ konflitti ta’ interess. Huma għandhom perjodikament jimmonitorjaw u jeżaminaw dawk l-SOPs sabiex tiġi vvalutata l-effikaċja tagħhom u sabiex jiġi vvalutat jekk dawn għandhomx jiġu aġġornati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.