+Artikolu 7 Analisti tal-gradazzjoni, impjegati u persuni oħrajn involuti fil-ħruġ ta’ gradazzjonijiet ta’ kreditu
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.

Artikolu 7 Analisti tal-gradazzjoni, impjegati u persuni oħrajn involuti fil-ħruġ ta’ gradazzjonijiet ta’ kreditu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżgura li l-analisti tal-gradazzjoni, l-impjegati tagħha kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tagħha u li jkunu nvoluti direttament f’ attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu għandhom għarfien u esperjenza adatti għad-dmirijiet assenjati.
Artikolu 7 2.
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżgura li l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ma jitħallewx jibdew jew jipparteċipaw f’negozjati dwar miżati jew pagamenti ma’ xi entità li ngħatat gradazzjoni, parti terza relatati jew kull persuna direttament jew indirettament konnessa bħala kontroll mal-entità li ngħatat gradazzjoni.
Artikolu 7 3.
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżgura li l-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima C tal-Anness I.
Artikolu 7 4.
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tistabbilixxi mekkanżimu adatt ta’ rotazzjoni gradwali fir-rigward tal-analisti tal-gradazzjoni u l-persuni li japprovaw gradazzjoni ta’ kreditu kif hemm definit fl-Anness I. Dan il-mekkaniżmu ta’ gradazzjoni għandu jsir f’fażijiet fuq il-bażi ta’ individwi aktar milli tim komplut.
Artikolu 7 5.
Il-kumpens u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-impjegati involuti fl-attivitajiet tal-gradazzjoni tal-kreditu jew tal-prospetti ta’ gradazzjoni, kif ukoll tal-persuni li japprovaw il-gradazzjonijiet tal-kreditu jew il-prospetti ta’ gradazzjoni ma għandhomx ikunu jiddependu fuq l-ammont ta’ dħul li l-aġenzija li tiggrada l-kreditu jkollha mill-entitajiet iggradati jew il-partijiet terzi relatati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.