+Artikolu 8 Metodoloġiji, mudelli u assunzjonijiet prinċipali ta’ gradazzjoni
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 2a.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 5a.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
|
Artikolu 8 Metodoloġiji, mudelli u assunzjonijiet prinċipali ta’ gradazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżvela lill-pubbliku l-metodoloġiji, il-mudelli u l-assunzjonijiet prinċipali ta’ gradazzjoni li hija tuża fl-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu tagħha kif hemm iddefinit fil-punt 5 tal-Parti I tat-Taqsima E tal-Anness I.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tadotta, timplimenta u ssaħħaħ miżuri adegwati biex tiżgura li l-gradazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti ta’ gradazzjoni li toħroġ ikunu bbażati fuq analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni kollha disponibbli għaliha u li hija rilevanti għall-analiżi tagħha skont il-metodoloġiji tal-gradazzjoni applikabbli. Għandha tadotta l-miżuri meħtieġa kollha ħalli l-informazzjoni li tuża fl-assenjazzjoni tal-gradazzjonijiet tal-kreditu u tal-prospetti ta’ gradazzjoni tkun ta’ kwalità suffiċjenti u minn sorsi affidabbli. L-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha toħroġ gradazzjonijiet tal-kreditu u prospetti ta’ gradazzjoni li jistipulaw li l-gradazzjoni hija l-opinjoni tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu u hemm limitu għal kemm wieħed għandu jiddependi fuqha.
|
|
Artikolu 8 2a.
|
Bidliet fil-gradazzjonijiet tal-kreditu għandhom jinħarġu skont il-metodoloġiji ppubblikati tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu.
|
|
Artikolu 8 3.
|
L-aġenzija li jiggrada l-kreditu għandhom jużaw metodoloġiji ta’ gradazzjoni li huma rigorużi, sistematiċi, kontinwi u suġġetti għal validazzjoni bbażata fuq l-esperjenza storika, inkluż ittestjar retrospettiv.
|
|
Artikolu 8 4.
|
Meta aġenzija li tiggrada l-kreditu qiegħda tuża gradazzjoni eżistenti tal-kreditu ppreparati minn aġenzija oħra li tiggrada l-kreditu dwar assi bażi jew
►M5
strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ , m’għandhiex tirrifjuta li toħroġ gradazzjoni tal-kreditu ta’ entità jew strumenti finanzjarju għax porzjon mill-entità jew strument finanzjarju ngħata gradazzjoni qabel minn aġenzija oħra li tiggrada l-kreditu.
Aġenzija tar-gradazzjoni tal-kreditu għandha tirreġistra l-istanti kollha fejn fil-proċess tal-gradazzjonijiet tal-kreditu tagħha, l-aġenzija tibdel il-gradazzjonijiet eżistenti tal-kreditu ppreparati minn aġenzija oħra tal-gradazzjonijiet tal-kreditu dwar l-assi bażi jew
►M5
strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ u tipprovdi ġustifikazzjoni għall-valutazzjoni differenti.
|
|
Artikolu 8 5.
|
Aġenzija li jiggradaw il-kreditu għandha tissorvelja l-gradazzjonijiet tal-kreditu u tirrivedi l-gradazzjonijiet tal-kreditu u l-metodoloġiji tagħha fuq bażi kontinwa u mill-inqas darba f’sena, b’mod partikulari fejn iseħħu bidliet materjali li jista’ jkollhom impatt fuq il-gradazzjoni ta’ strument. Aġenzija tal-gradazzjonijiet tal-kreditu għandha tistabbilixxi arranġamenti għall-monitoraġġ tal-impatt tal-bidliet tal-kondizzjonijiet ta’ swieq makroekonomiċi u finanzjarji dwar il-gradazzjonijiet tal-kreditu. Il-gradazzjonijiet sovrani għandhom jiġu riveduti minn tal-anqas kull sitt xhur.
|
|
Artikolu 8 5a.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu li jkollha l-ħsieb li tagħmel bidla materjali fi, jew li tuża metodoloġiji, mudelli jew suppożizzjonijiet ewlenin ta’ gradazzjoni, ġodda, li jista’ jkollhom impatt fuq gradazzjoni tal-kreditu, għandha tippubblika il-bidliet materjali proposti jew il-metodoloġiji ġodda ta’ gradazzjoni proposti fuq il-website tagħha u tistieden lill-azzjonisti jippreżentaw kummenti għal perjodu ta’ xahar, flimkien ma’ spjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal u l-implikazzjonijiet tal-bidliet materjali propost jew tal-metodoloġiji ġodda ta’ gradazzjoni proposti.
|
|
Artikolu 8 6.
|
Fejn il-metodoloġiji, mudelli jew suppożizzjonijiet ewlenin ta’ gradazzjoni użati f’attivitajiet ta’ gradazzjoni tal-kreditu jinbidlu skont l-Artikolu 14(3), aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha:
▼B
(a)
minnufih, bl-użu tal-istess mezzi tal-komunikazzjoni li ntużaw għad-distribuzzjoni tal-gradazzjonijiet tal-kreditu effettwati, tiżvela l-iskop probabbli tal-gradazzjonijiet tal-kreditu li se jkunu affettwati;
▼M3
(aa)
tinforma minnufih lill-AETS u tippubblika minnufih fuq il-website tagħha r-riżultati tal-konsultazzjoni u l-metodoloġiji ġodda bi spjegazzjoni dettaljata dwarhom kif ukoll id-data tal-applikazzjoni tagħhom;
(ab)
tippubblika minnufih fuq il-website tagħha r-reazzjonijiet għall-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 5a ħlief fil-każijiet fejn tintalab kunfidenzjalità minn min iwieġeb għall-konsultazzjoni;
▼B
(b)
tirrivedi l-gradazzjonijiet tal-kreditu affettwati mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-bidla, u sadanittant tqiegħed dawk il-gradazzjonijiet taħt osservazzjoni; u
(c)
terġa’ tiggrada l-gradazzjonijiet ta’ kreditu kollha bbażati fuq dawk il-metodoloġiji, mudelli jew is-suppożizzjonijiet ewlenin tal-gradazzjoni jekk, wara r-rieżami, l-effett totali kkombinat tal-bidliet jaffettwa dawk il-gradazzjonijiet ta’ kreditu.
|
|
Artikolu 8 7.
|
Fejn aġenzija li tiggrada l-kreditu ssir konxja ta’ żbalji fil-metodoloġiji tagħha jew fl-applikazzjoni tagħhom hija għandha minnufih:
(a)
tinnotifika dawk l-iżbalji lill-AETS kif ukoll lill-entitajiet iggradati kollha affettwati, filwaqt li tispjega l-impatt fuq il-gradazzjonijiet tagħha inkluża l-ħtieġa li jiġu riveduti gradazzjonijiet maħruġa;
(b)
fejn żbalji jkollhom impatt fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu tagħha, tippubblika dawk l-iżbalji fuq il-website tagħha;
(c)
tikkoreġi dawk l-iżbalji fil-metodoloġiji; u
(d)
tapplika l-miżuri msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 6.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1060
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|