+Artikolu 8a Gradazzjonijiet sovrani
---+Artikolu 8a 1.
---+Artikolu 8a 2.
---+Artikolu 8a 3.
---+Artikolu 8a 4.
|
Artikolu 8a Gradazzjonijiet sovrani
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8a 1.
|
Il-gradazzjonijiet sovrani għandhom jinħarġu b’mod li jiżgura li l-ispeċifiċità individwali ta’ Stat Membru partikolari tkun ġiet analizzata. Dikjarazzjoni li tħabbar ir-reviżjoni ta’ grupp partikolari ta’ pajjiżi għandha tiġi pprojbita jekk din ma tkunx akkumpanjata mir-rapporti individwali tal-pajjiżi. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
|
|
Artikolu 8a 2.
|
Komunikazzjonijiet pubbliċi għajr il-gradazzjonijiet tal-kreditu, il-prospetti ta’ gradazzjoni jew l-istqarrijiet għall-istampa jew rapporti li jakkumpanjawhom, kif imsemmi fil-punt 5 tal-Parti I tat-Taqsima D tal-Anness I, li jirrigwardaw bidliet potenzjali fi gradazzjonijiet sovrani, m’għandhomx ikunu bbażati fuq informazzjoni fl-isfera tal-entità ggradata, li tkun ġiet żvelata mingħajr il-kunsens tal-entità ggradata, ħlief jekk tkun disponibbli minn sorsi ġeneralment aċċessibbli jew ħlief jekk ma jkunx hemm raġunijiet leġittmi għall-entità ggradata biex ma tagħtix il-kunsens tagħha għall-iżvelar tal-informazzjoni.
|
|
Artikolu 8a 3.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu, filwaqt li tqis it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(5), għandha tippubblika fuq il-website tagħha u tippreżenta lill-AETS fuq bażi annwali, taħt il-punt 3 tal-Parti III tat-Taqsima D tal-Anness I, kalendarju fl-aħħar ta’ Diċembru għat-tnax-il xahar segwenti, li jistabbilixxi massimu ta’ tliet dati għall-pubblikazzjoni ta’ gradazzjonijiet sovrani mhux solleċitati u prospetti relatati u li jistabbilixxi d-dati għall-pubblikazzjoni ta’ gradazzjonijiet sovrani solleċitati u prospetti relatati. Dawn id-dati għandhom jaqgħu nhar ta’ Ġimgħa.
|
|
Artikolu 8a 4.
|
Devjazzjoni tal-pubblikazzjoni ta’ gradazzjonijiet sovrani jew ta’ prospetti ta’ gradazzjonijiet relatati mill-kalendarju għandha tkun possibbli biss fejn neċessarju għall-aġenzija li tiggrada l-kreditu biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 11(1) u għandha tkun akkumpanjata minn spjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għad-devjazzjoni mill-kalendarju mħabbar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1060
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|