Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha f’kull ħin tkun konformi mal-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni inizjali.
▼M1
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tinnotifika, mingħajr dewmien żejjed, lill-AETS dwar kwalunkwe bidla materjali fil-kondizzjonijiet tar-reġistrazzjoni inizjali, inkluż kwalunkwe ftuħ jew għeluq ta’ fergħat fl-Unjoni.
▼M3
Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, l-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tinnotifika lill-AETS bil-bidliet materjali maħsubin għall-metodoloġiji tal-gradazzjoni, il-mudelli jew is-suppożizzjonijiet prinċipali ta’ gradazzjonijiet jew bil-metodoloġiji l-ġodda proposti tal-gradazzjoni, il-mudelli jew is-suppożizzjonijiet prinċipali ta’ gradazzjonijiet meta l-aġenzija li tiggrada l-kreditu tippubblika l-bidliet proposti jew il-metodoloġiji l-ġodda tal-gradazzjoni proposti fuq il-website tagħha f’konformità mal-Artikolu 8(5a). Wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ konsultazzjoni, l-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tinnotifika lill-AETS bi kwalunkwe bidla dovuta għall-konsultazzjoni.