+Artikolu 23d Spezzjonijiet fil-post
---+Artikolu 23d 1.
---+Artikolu 23d 2.
---+Artikolu 23d 3.
---+Artikolu 23d 4.
---+Artikolu 23d 5.
---+Artikolu 23d 6.
---+Artikolu 23d 7.
---+Artikolu 23d 8.
---+Artikolu 23d 9.

Artikolu 23d Spezzjonijiet fil-post

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23d 1.
Biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament, l-AETS tista’ twettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fil-post fil-bini tan-negozju tal-persuni ġuridiċi msemmijin fl-Artikolu 23b(1). Meta t-twettiq u l-effiċjenza adatti tal-ispezzjonijiet ikunu jeħtieġu hekk, l-AETS tista' twettaq spezzjonijiet fil-post b'notifika minn qabel.
Artikolu 23d 2.
Biex l-uffiċjali tal-AETS u persuni oħrajn awtorizzati minnha jwettqu spezzjonijiet fil-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini ta’ negozju u art tal-persuni ġuridiċi soġġetti għal investigazzjoni mal-preżentazzjoni ta' deċiżjoni adottata mill-AETS u għandu jkollhom is-setgħat kollha stipulati fl-Artikolu 23c(1). Huma għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini u kotba jew reġistri ta’ negozju għall-perijodu u sal-limitu meħtieġa għall-ispezzjoni.
Artikolu 23d 3.
Biex l-uffiċjali tal-AETS u persuni oħrajn awtorizzati minnha jwettqu spezzjonijiet fil-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 36b meta l-persuni kkonċernati ma jissottomettux irwieħhom għall-ispezzjoni. Fi żmien adattat qabel l-ispezzjoni, l-AETS għandha tagħti avviż tal-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun ser titwettaq l-ispezzjoni.
Artikolu 23d 4.
Il-persuni msemmijin fl-Artikolu 23b(1) għandhom jissottomettu ruħhom għall-ispezzjonijiet fil-post ordnati b’deċiżjoni tal-AETS. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, tispeċifika d-data meta għandha tibda u tindika l-ħlasijiet perjodiċi ta' penali previsti fl-Artikolu 36b, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 kif ukoll id-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. L-AETS għandha tieħu tali deċiżjonijiet wara li tikkonsulta mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih għandha titwettaq l-ispezzjoni.
Artikolu 23d 5.
L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih għandha titwettaq l-ispezzjoni, kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura minnha, għandhom fuq talba tal-AETS, jgħinu attivament lill-uffiċjali tal-AETS u persuni oħra awtorizzati minnha. Għal dan il-għan, huma għandhom igawdu s-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 2. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu wkoll jattendu l-ispezzjonijiet fil-post jekk jitolbu li jagħmlu dan.
Artikolu 23d 6.
L-AETS tista’ tesiġi wkoll li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jwettqu kompiti investigattivi speċifiċi u spezzjonijiet fil-post kif previst f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 23c(1) f’isimha. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom igawdu l-istess setgħat tal-AETS kif stabbilit f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 23c(1).
Artikolu 23d 7.
Meta l-uffiċjali tal-AETS u persuni oħrajn li jakkumpanjawhom awtorizzati minnha jsibu li persuna topponi xi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħtihom l-għajnuna neċessarja, u titlob fejn adatt l-għajnuna tal-pulizija jew ta' awtorità ta' infurzar oħra ekwivalenti, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom fil-post.
Artikolu 23d 8.
Jekk l-ispezzjoni fil-post prevista fil-paragrafu 1 jew jekk l-għajnuna prevista fil-paragrafu 7 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, din l-awtorizzazzjoni għandha ssir applikazzjoni għaliha. Tista' wkoll issir applikazzjoni għal din l-awtorizzazzjoni bħala miżura prekawzjonarja.
Artikolu 23d 9.
Meta l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 8 tkun saret applikazzjoni għaliha, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tikkontrolla li d-deċiżjoni tal-AETS tkun awtentika u li l-miżuri koersivi previsti la jkunu arbitrarji u l-inqas eċċessivi wara li jkun tqies is-suġġett tal-ispezzjoni. Meta tikkontrolla l-proporzjonalità tal-miżuri koersivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista' titlob lill-AETS għal spjegazzjonijiet iddettaljati, b'mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-AETS biex tissuspetta li jkun sar ksur ta' dan ir-Regolament, u l-gravità tal-ksur issuspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koersivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrevedi n-neċessità tal-ispezzjoni u lanqas titlob li tiġi provduta bl-informazzjoni fil-fajl tal-AETS. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-AETS għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.