+Artikolu 36b Ħlasijiet perjodiċi ta’ penali
---+Artikolu 36b 1.
---+Artikolu 36b 2.
---+Artikolu 36b 3.
---+Artikolu 36b 4.

Artikolu 36b Ħlasijiet perjodiċi ta’ penali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 36b 1.

B'deċiżjoni, il-Bord tas-Superviżuri tal-AETS għandu jimponi l-ħlasijiet perjodiċi ta' penali sabiex iġiegħel:

(a) 

lil aġenzija li tiggrada l-kreditu ttemm il-ksur, f'konformità ma' deċiżjoni meħuda skont il-punt (d) tal-Artikolu 24(1);

(b) 

lil persuna msemmija fl-Artikolu 23b(1) tipprovdi informazzjoni kompleta li tkun ġiet rikjesta b'deċiżjoni skont l-Artikolu 23b;

(c) 

lil persuna msemmija fl-Artikolu 23b(1) tissottometti ruħha għal investigazzjoni u b’mod partikolari tipproduċi reġistri, data, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ b’mod komplut u ttemm u tikkoreġi informazzjoni oħra pprovduta f’investigazzjoni mnedija b’deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 23c;

(d) 

lil persuna msemmija fl-Artikolu 23b(1) tissottometti ruħha għal spezzjoni fil-post ordnata b’deċiżjoni skont l-Artikolu 23d.

Artikolu 36b 2.
Il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali għandhom ikunu effettivi u proporzjonati. Il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali għandhom jiġu imposti fuq il-bażi ta' kull jum li jgħaddi sakemm l-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew il-persuna konċernata tikkonforma mad-deċiżjoni rilevanti msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 36b 3.
Minkejja l-paragrafu 2, l-ammont ta' ħlas perjodiku ta’ penali għandu jkun mill-inqas ta' 3 % tal-fatturat medju ta' kuljum fis-sena kummerċjali preċedenti jew, fil-każ ta' persuni fiżiċi, it-2 % tad-dħul medju ta' kuljum fis-sena kalendarja preċedenti. Dan għandu jkun ikkalkulat mid-data stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-ħlas perjodiku ta’ penali.
Artikolu 36b 4.
Ħlas perjodiku ta’ penali jista' jiġi impost għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-AETS.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.