+Artikolu 39b Obbligi ta’ rappurtar
---+Artikolu 39b 1.
---+Artikolu 39b 2.
---+Artikolu 39b 3.
|
Artikolu 39b Obbligi ta’ rappurtar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 39b 1.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:
(a)
il-passi meħuda fir-rigward tat-tħassir tar-referenzi għal gradazzjonijiet tal-kreditu li jikkawżaw jew għandhom il-potenzjal li jikkawżaw dipendenza esklużiva jew mekkanika fuqhom; u
(b)
għodod alternattivi sabiex jippermettu lill-investituri jagħmlu l-valutazzjonijiet tagħhom tar-riskju tal-kreditu fir-rigward tal-emittenti u tal-istrumenti finanzarji,
bil-ħsieb li jitħassru r-referenzi kollha għall-gradazzjonijiet tal-kreditu fil-liġi tal-Unjoni għall-finijiet regolatorji sal-1 ta’ Jannar 2020, sakemm ikunu ġew identifikati u implimentati alternattivi adegwati. L-AETS għandha tipprovdi parir tekniku lill-Kummissjoni fil-qafas ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 39b 2.
|
Filwaqt li tqis is-sitwazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2014, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-adegwatezza tal-iżvilupp ta’ valutazzjoni Ewropea tal-affidabbiltà kreditizja għal dejn sovran. Filwaqt li tqis il-konklużjonijiet tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu u s-sitwazzjoni tas-suq, il-Kummisjsoni, sal-31 ta’ Diċembru 2016, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-adegwatezza u l-fattibbiltà ta’ appoġġ għal aġenzija Ewropea li tiggrada l-kreditu ddedikata għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tad-dejn sovran tal-Istati Membri u/jew fondazzjoni Ewropea tal-gradazzjoni tal-kreditu għall-gradazzjonijiet tal-kreditu l-oħra kollha.
|
|
Artikolu 39b 3.
|
Il-Kummissjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2013, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-fattibbiltà ta’ network ta’ aġenziji li jiggradaw il-kreditu iżgħar sabiex tiżdied il-kompetizzjoni fis-suq. Dak ir-rapport għandu jivvaluta l-appoġġ finanzjarju u mhux finanzjarju għall-ħolqien ta’ network bħal dan, billi jitqiesu il-konflitti ta’ interessi potenzjali li joħroġ minn finanzjament pubbliku. Fid-dawl tal-konklużjonijiet ta’ dak ir-rapport u wara li jingħata parir tekniku mill-AETS, il-Kummissjoni tista’ terġa’ tivvaluta u tissuġġerixxi l-emendar tal-Artikolu 8d.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1060
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|