+Artikolu 40a Miżuri tranżitorji relatati mal-AETS
---+Artikolu 40a 1.
---+Artikolu 40a 2.
---+Artikolu 40a 3.
---+Artikolu 40a 4.
---+Artikolu 40a 5.
---+Artikolu 40a 6.

Artikolu 40a Miżuri tranżitorji relatati mal-AETS

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 40a 1.
Il-kompetenzi u l-kompiti kollha relatati mal-attività superviżorja u ta' infurzar fil-qasam tal-aġenziji li jiggradaw il-kreditu, li ġew konferiti lill-awtoritajiet kompetenti, kemm jekk jaġixxu bħala awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju kemm jekk le, u fuq il-kulleġġi fejn dawn ikunu ġew stabbiliti, għandhom jintemmu fl-1 ta' Lulju 2011.

Madankollu, applikazzjoni għar-reġistrazzjoni li tkun ġiet riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jew mill-kulleġġ relevanti sas-7 ta' Settembru 2010 m'għandhiex tiġi ttrasferita lill-AETS, u d-deċiżjoni li taċċetta jew tiċħad ir-reġistrazzjoni għandha tittieħed minn dawk l-awtoritajiet jew mill-kulleġġ relevanti.

Artikolu 40a 2.
Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, kwalunkwe fajl jew dokument ta' ħidma relatat mal-attività superviżorja u ta' infurzar fil-qasam tal-aġenziji li jiggradaw il-kreditu, inkluż kwalunkwe eżami jew azzjoni ta' infurzar li tkun għaddejja, jew kopji ċċertifikati tagħhom, għandha tgħaddi f'idejn l-AETS fid-data msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 40a 3.
L-awtoritajiet kompetenti u l-kulleġġi msemmijin fil-paragrafu 1 għandom jiżguraw li kwalunkwe reġistru u dokument ta' ħidma, jew kopji ċċertifikati tagħhom, għandu jiġi ttrasferit lill-AETS malajr kemm jista' jkun u f'kull każ sal-1 ta' Lulju 2011. Dawk l-awtoritajiet kompetenti u l-kulleġġi għandhom jagħtu wkoll lill-AETS l-għajnuna u l-pariri kollha meħtieġa biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment u l-istabbiliment effettiv u effiċjenti tal-attività superviżorja u tal-infurzar fil-qasam tal-aġenziji li jiggradaw il-kreditu.
Artikolu 40a 4.
L-AETS għandha taġixxi bħala s-suċċessur legali tal-awtoritajiet kompetenti u l-kulleġġi msemmija fil-paragrafu 1 fi kwalunkwe proċediment amministrattiv jew ġuridiku li jirriżulta minn attività superviżorja u tal-infurzar segwita minn dawk l-awtoritajiet kompetenti u kulleġġi fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu taħt dan ir-Regolament.
Artikolu 40a 5.
Kwalunkwe reġistrazzjoni ta' aġenzija li tiggrada l-kreditu, f'konformità mat-termini tal-Kapitolu I tat-Titolu III, minn awtorità msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tibqa' valida wara t-trasferiment tal-kompetenzi lill-AETS.
Artikolu 40a 6.
Sal-1 Lulju 2014 u fl-ambitu tas-superviżjoni li tkun qed twettaq, AETS għandha twettaq tal-anqas verifika waħda tal-aġenziji li jiggradaw il-kreditu kollha li jaqgħu taħt il-kompetenzi superviżorji tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.