+ANNESS I INDIPENDENZA UEVITARTA’ KONFLITTI TA’ INTERESS
|
ANNESS I INDIPENDENZA UEVITARTA’ KONFLITTI TA’ INTERESS
ANNESS I
INDIPENDENZA U EVITAR TA’ KONFLITTI TA’ INTERESS
Taqsima A
Rekwiżiti organizzattivi
|
1.
|
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandu jkollha bord amministrattiv jew superviżorju. L-amministrazzjoni għolja tagħha għandha tiżgura:
(a)
li l-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu ikun indipendenti, inkluż mill-influwenzi jew restrizzjonijiet politiċi kollha u minn pressjonijiet ekonomiċi;
(b)
li l-konflitti tal-interess ikunu identifikati, amministrati u żvelati sew;
(c)
li l-aġenzija ta’ gradazzjoni tal-kreditu tkun konformi mar-rekwiżiti li jifdal ta’ dan ir-Regolament.
|
|
2.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tkun organizzata b’mod li jiġi żgurat li l-interess kummerċjali tagħha ma jfixkilx l-indipendenza jew il-preċiżjoni tal-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu.
L-amministrazzjoni għolja ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tkun ta’ fama tajba u b’ħila u esperjenza suffiċjenti, u għandha tiżgura l-ġestjoni soda u prudenti tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu.
Mill-inqas terz iżda mhux anqas minn żewġ membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu għandhom ikunu membri indipendenti, li mhumiex direttament involuti f’attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu.
Il-kumpens tal-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju m’għandux ikun marbut mal-prestazzjoni tan-negozju tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu u għandu jkun organizzat b’mod li tiġi żgurata l-indipendenza tal-ġudizzju tagħhom. It-terminu tal-mandat tal-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju għandu jkun ta’ perijodu fiss maqbul minn qabel li ma jeċċedix ħames snin u m’għandux ikun suġġett għal tiġdid. It-tkeċċija ta’ membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju għandha sseħħ biss f’każ ta’ mġiba ħażina jew sottoprestazzjoni professjonali.
Il-maġġoranza tal-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju, inklużi l-membri indipendenti tiegħu, għandu jkollhom kompetenza suffiċjenti fis-servizzi finanzjarji. Dment li l-aġenzija li tiggrada l-kreditu toħroġ gradazzjonijiet ta’ kreditu ta’
►M5
strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ mill-inqas membru indipendenti wieħed u membru ieħor tal-bord għandu jkollhom għarfien u esperjenza profonda f’livell għoli tas-swieq fi
►M5
strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ .
Barra mir-responsabbiltà ġenerali tal-bord, il-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju għandu jkollhom il-kompitu speċifiku li jwettqu superviżjoni ta’:
(a)
l-iżvilupp tal-politika ta’ gradazzjoni tal-kreditu, u tal-metodoloġiji użati mill-aġenzija li tiggrada l-kreditu fl-attivitajiet tagħha ta’ gradazzjoni ta’ kreditu;
(b)
l-effettività tas-sistema ta’ kontroll tal-kwalità interna tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu fir-rigward tal-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu;
(c)
l-effettività tal-miżuri u l-proċeduri istitwiti biex jiġi żgurat li kwalunkwe konflitti ta’ interess jiġu identifikati, eliminati jew ġestiti u żvelati; u
(d)
il-proċessi ta’ konformità u governanza inkluża l-effiċjenza tal-funzjoni ta’ reviżjoni msemmija fil-punt 9 ta’ din it-Taqsima.
▼M1
L-opinjonijiet tal-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju maħruġa dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) għandhom ikunu ppreżentati lill-bord perjodikament u għandhom isiru disponibbli għall-AETS fuq talba.
▼B
|
|
3.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tistabbilixxi linji ta’ politika u proċeduri adegwati sabiex tiġi żgurata konformità mal-obbligi tagħha taħt dan ir-Regolament.
|
|
4.
|
►M6
Aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jkollha proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità tajbin, mekkaniżmi ta’ kontroll intern, proċeduri effettivi għall-valutazzjoni tar-riskju, u arranġamenti effettivi ta’ kontroll u salvagwardja għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ICT f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
18
). ◄
Dawk il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern għandhom jitfasslu biex jiżguraw konformità mad-deċiżjonijiet u l-proċeduri fil-livelli kollha tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu.
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha timplimenta u żżomm proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet u strutturi organizzattivi, li b’mod ċar u dokumentat tispeċifika linji ta’ rapportar u talloka funzjonijiet u responsabbiltajiet.
|
|
5.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tistabbilixxi u żżomm dipartiment ta’ funzjoni ta’ konformità (funzjoni ta’ konformità) permanenti u effettiv li jopera indipendentement. Il-funzjoni ta’ konformità għandha tissorvelja u tirraporta dwar il-konformità tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu u l-impjegati tagħha mal-obbligi tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu taħt dan ir-Regolament. Il-funzjoni ta’ konformità għandu jkollha r-responsabilitajiet li ġejjin:
(a)
li tissorvelja u, fuq bażi regolari, tivvaluta l-adegwatezza u l-effettività tal-miżuri u l-proċeduri stabbiliti f’konformità mal-punt 3, u l-azzjonijiet meħuda biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas fil-konformità tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu mal-obbligi tagħha;
(b)
li tagħti parir u tassisti lill-maniġers, l-analisti tal-gradazzjoni, l-impjegati kif ukoll lil kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew kwalunkwe persuna marbuta magħha direttament jew indirettament li huma responsabbli għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu biex jikkonformaw mal-obbligi tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu taħt dan ir-Regolament.
|
|
6.
|
Sabiex il-funzjoni ta’ konformità titħalla teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha sew u indipendentement, aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżgura li l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:
(a)
il-funzjoni ta’ konformità jkollha l-awtorità, ir-riżorsi, il-kompetenza u l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa;
(b)
jinħatar uffiċjal ta’ konformità u jkun responsabbli għall-funzjoni ta’ konformità u għal kwalunkwe rapportar rigward konformità meħtieġ mill-punt 3;
(c)
il-maniġers, l-analisti tal-gradazzjoni, l-impjegati, kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew kwalunkwe persuna marbuta magħha direttament jew indirettament b’kontroll li tkun involuta fil-funzjoni ta’ konformità ma jkunux involuti fit-twettiq tal-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu li huma jissorveljaw;
(d)
il-kumpens tal-uffiċjal ta’ konformità ma jkunx marbut mal-prestazzjoni kummerċjali tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu u jkun organizzat b’mod li tiġi żgurata l-indipendenza tal-ġudizzju tiegħu.
L-uffiċjal ta’ konformità għandu jiżgura li kwalunkwe konflitt ta’ interess relatat mal-persuni mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-funzjoni ta’ konformità jiġi identifikat u eliminat kif jixraq.
L-uffiċjal ta’ konformità għandu jirrapporta regolarment dwar it-twettiq tad-doveri tiegħu jew tagħha lil amministrazzjoni għolja u lill-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju.
|
|
7.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tistabbilixxi arranġamenti organizzattivi u amministrattivi xierqa u effettivi biex jiġu evitati, identifikati, eliminati jew ġestiti u żvelati kwalunkwe konflitti ta’ interess imsemmijin fil-punt 1 tat-Taqsima B. Hija għandha taħseb għaż-żamma ta’ rekords tat-theddid sinifikanti kollu għall-indipendenza tal-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu, inkluż dawk għar-regoli dwar analisti ta’ gradazzjoni msemmija fit-Taqsima C, kif ukoll is-salvagwardji applikati biex jitnaqqas dak it-theddid.
|
|
8.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tagħmel użu minn sistemi, riżorsi u proċeduri adatti sabiex tiġi żgurata kontinwità u regolarità fit-twettiq tal-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu.
|
|
9.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tistabbilixxi funzjoni ta’ reviżjoni responsabbli biex tirrivedi perijodikament il-metodoloġiji tagħha, il-mudelli u s-suppożizzjonijiet ta’ gradazzjoni prinċipali bħal suppożizzjonijiet matematiċi jew korrelattivi, u kwalunkwe bidliet jew modifiki sinifikanti għalihom, kif ukoll l-adegwatezza ta’ dawk il-metodoloġiji, il-mudelli u l-assunzjonijiet ta’ gradazzjoni prinċipali fejn jintużaw jew huma intenzjonati biex jintużaw għall-valutazzjoni ta’ strumenti finanzjarji ġodda.
Din il-funzjoni ta’ reviżjoni għandha tkun indipendenti mil-linji kummerċjali li huma responsabbli mill-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu u tirrapporta lill-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju msemmi fil-punt 2 ta’ din it-Taqsima.
|
|
10.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tissorvelja u tivvaluta l-adegwatezza u l-effettività tas-sistemi tagħha, il-mekkaniżmi u l-arranġamenti ta’ kontroll intern stabbiliti f’konformità ma’ dan ir-Regolament u tieħu miżuri adatti biex tindirizza kull nuqqas.
|
Taqsima B
Rekwiżiti operattivi
▼M3
|
1.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tidentifika, telimina jew tiġġestixxi u tiżvela, b’mod ċar u prominenti, kwalunkwe konflitt ta’ interess potenzjali jew attwali li jista’ jaffettwa l-analiżi u l-ġudizzji tal-analisti tal-gradazzjoni tagħha, l-impjegati, jew kwalunkwe persuna naturali oħra li s-servizzi tagħha huma disponibbli jew taħt il-kontroll tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu u li huma direttament involuti f’attivitajiet ta’ gradazzjoni tal-kreditu u persuni li japprovaw il-gradazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti ta’ gradazzjoni.
|
▼B
|
2.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżvela pubblikament l-ismijiet tal-entitajiet gradati jew partijiet terzi relatati li mingħandhom tirċievi aktar minn 5 % tad-dħul annwali tagħha.
|
|
3.
|
▼M3
Aġenzija li tiggrada l-kreditu ma għandhiex toħroġ gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin, jew, fil-każ ta’ gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni eżistenti, għandha tiżvela minnufih fejn il-gradazzjoni tal-kreditu jew il-prospett ta’ gradazzjoni jiġu potenzjalment affettwati b’li ġej:
▼B
(a)
l-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew persuni msemmija fil-punt 1, direttament jew indirettament tippossjedi strumenti finanzjarji tal-entità ggradata jew kwalunkwe parti terza relatata oħra jew għandha xi interess ta’ pussess dirett jew indirett f’dik l-entità jew parti, minbarra holdings fi skemi ta’ investiment kollettiv diversifikat inklużi fondi amministrati bħal fondi pensjonistiċi jew assigurazzjoni fuq il-ħajja;
▼M3
(aa)
azzjonista jew membru ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu li għandu 10 % jew iktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot ta’ dik l-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew inkella li jkun f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tan-negozju tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu, ikollu 10 % jew iktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot tal-entità ggradata jew ta’ parti terza relatata, jew ta’ kwalunkwe interess ieħor ta’ sjieda f’dik l-entità ggradata jew parti terza, esklużi parteċipazzjonijiet fi skemi kollettivi u diversifikati ta’ investiment u fondi ġestiti bħall-fondi għall-pensjoni jew l-assigurazzjoni tal-ħajja, li ma jpoġġuhx f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet ta’ negozju tal-iskema;
▼B
(b)
il-gradazzjoni ta’ kreditu tinħareġ fir-rigward ta’ entità ggradata jew kwalunkwe parti terza relatata marbuta direttament jew indirettament mal-aġenzija li tiggrada l-kreditu b’kontroll;
▼M3
(ba)
il-gradazzjoni tal-kreditu tinħareġ fir-rigward ta’ entità ggradata jew parti terza relatata li għandha 10 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot ta’ dik l-aġenzija li tiggrada l-kreditu;
▼B
(c)
il-persuna msemmija fil-punt 1 hija membru tal-bords amministrattivi jew superviżorji tal-entità ggradata jew parti terza relatata; jew
▼M3
(ca)
azzjonist jew membru ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu li għandu 10 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot ta’ dik l-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew inkella li jkun f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tan-negozju tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu, huwa membru tal-bord amministrattiv jew superviżorju tal-entità ggradata jew parti terza relatata;
▼B
(d)
analista ta’ gradazzjoni li pparteċipa fil-proċess biex tiġi stabbilita gradazzjoni ta’ kreditu, jew persuna li approvat gradazzjoni ta’ kreditu, li kellha kwalunkwe rabta mal-entità ggradata jew ma’ parti terza relatata magħha, li tista’ potenzjalment toħloq konflitt ta’ interess.
▼M3
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha wkoll tivvaluta minnufih jekk hemmx raġunijiet għall-gradazzjoni mill-ġdid jew għall-irtirar tal-gradazzjoni tal-kreditu jew il-prospett ta’ gradazzjoni eżistenti.
|
▼M3
|
3a.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżvela meta l-gradazzjoni tal-kreditu eżistenti jew il-prospett ta’ gradazzjoni jkunx potenzjalment affettwat minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
azzjonista jew membru ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu li għandu 5 % jew iktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot ta’ dik l-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew inkella li jkun f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tan-negozju tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu, ikollu 5 % jew iktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot tal-entità ggradata jew ta’ parti terza relatata, jew ta’ kwalunkwe interess titolari ieħor f’dik l-entità ggradata jew f’dik il-parti terza. Dan jeskludi parteċipazzjonijiet fi skemi kollettivi u diversifikati ta’ investiment u fondi ġestiti bħall-fondi għall-pensjoni jew l-assigurazzjoni tal-ħajja, li ma jpoġġuhx f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet ta’ negozju tal-iskema;
(b)
azzjonist jew membru ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu li għandu 5 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot ta’ dik l-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew inkella li jkun f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tan-negozju tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu, huwa membru tal-bord amministrattiv jew superviżorju tal-entità ggradata jew parti terza relatata.
|
|
3b.
|
Sakemm l-informazzjoni hija magħrufa jew għandha tkun magħrufa mill-aġenzija li tiggrada l-kreditu, l-obbligi fil-punt 3(aa), (ba) u (ca) u fil-punt 3-a jirrigwardaw ukoll:
(a)
azzjonisti indiretti koperti mill-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/109/KE; u
(b)
kumpaniji li jikkontrollaw jew jeżerċitaw influenza dominanti, direttament jew indirettament, fuq l-aġenzija u li huma koperti mill-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/109/KE.
|
|
3c.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżgura li t-tariffi imposti fuq il-klijenti tagħha għall-provvista ta’ servizzi ta’ gradazzjoni tal-kreditu u oħrajn anċillari mhumiex diskriminatorji u jkunu bbażati fuq spejjeż effettivi. Tariffi imposti għal servizzi ta’ gradazzjoni tal-kreditu ma għandhomx jiddependu fuq il-livell tal-gradazzjoni tal-kreditu maħruġa mill-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew fuq kwalunkwe riżultat ieħor tal-ħidma mwettqa.
|
|
4.
|
▼M3
La aġenzija li tiggrada l-kreditu u lanqas persuna li għandha, direttament jew indirettament, mill-inqas 5 % jew tal-kapital jonkella tad-drittijiet tal-vot tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew li inkella tinsab f’qagħda li teżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet ta’ negozju tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu ma għandha tipprovdi servizzi ta’ konsultazzjoni lill-entità ggradata jew parti terza relatata fir-rigward tal-istruttura korporattiva jew legali, l-assi, il-passivi jew l-attivitajiet ta’ dik l-entità ggradata jew parti terza relatata.
▼B
Aġenzija li tiggrada l-kreditu tista’ tipprovdi servizzi minbarra l-ħruġ ta’ rati ta’ kreditu (servizzi anċillari). Servizzi anċillari mhumiex parti minn attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu; huma jinkludu tbassir tas-suq, stimi ta’ xejriet ekonomiċi, analiżi tal-prezzijiet u analiżi ġenerali oħra ta’ data, kif ukoll servizzi ta’ distribuzzjoni relatata.
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżgura li l-provvista ta’ servizzi anċillari ma jippreżentawx konflitti ta’ interess fir-rigward ta’ dawk l-attivitajiet tagħha ta’ gradazzjoni ta’ kreditu u għandha tiżvela fir-rapporti finali tal-klassifikazzjoni kwalunkwe servizzi anċillari pprovduti għall-entita ggradata jew kwalunkwe terza persuna relatata.
|
|
5.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżgura li l-analisti ta’ gradazzjoni jew il-persuni li japprovaw il-gradazzjonijiet ma jagħmlux proposti jew rakkomandazzjonijiet, formalment jew informalment, dwar it-tfassil ta’
►M5
strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ li dwarhom l-aġenzija li tiggrada l-kreditu hija mistennija toħroġ il-gradazzjoni ta’ kreditu.
|
|
6.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tfassal il-mezzi tar-rappurtaġġ u tal-komunikazzjoni tagħha biex tiżgura l-indipendenza tal-persuni msemmija fil-punt 1 mill-attivitajiet l-oħra tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu li jsiru fuq bażi kummerċjali.
|
|
7.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tieħu ħsieb li jinżammu rekords adegwati, u fejn ikun xieraq sekwenzi ta’ verifika għall-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu tagħha. Dawn ir-rekords għandhom jinkludu:
▼M3
(a)
għal kull gradazzjoni tal-kreditu u deċiżjoni għal prospett ta’ gradazzjoni, l-identità tal-analisti ta’ gradazzjoni u li jieħdu sehem fid-determinazzjoni tal-gradazzjoni tal-kreditu jew tal-prospett ta’ gradazzjoni, l-identità tal-persuni li jkunu approvaw il-gradazzjoni tal-kreditu jew il-prospett ta’ gradazzjoni, l-informazzjoni dwar jekk il-gradazzjoni tal-kreditu kinitx solleċitata jew le, u d-data li fiha ttieħdet l-azzjoni ta’ gradazzjoni tal-kreditu;
▼B
(b)
ir-rekords dwar il-kontijiet li għandhom x’jaqsmu mal-miżati li jkunu tħallsu minn kwalunkwe entità ggradata jew parti terza relatata jew kwalunkwe utent tal-gradazzjonijiet;
(c)
ir-rekords dwar il-kontijiet għal kull abbonat għall-gradazzjonijiet tal-kreditu jew servizzi relatati;
▼M3
(d)
ir-rekords li jiddokumentaw il-proċeduri u l-metodoloġiji ta’ gradazzjoni stabbiliti użati mill-aġenzija li tiggrada l-kreditu biex jiġu determinati l-gradazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti ta’ gradazzjoni;
(e)
ir-rekords u l-fajlijiet interni, inklużi l-informazzjoni li mhijiex pubblika u l-karti ta’ ħidma, użati bħala l-bażi ta’ kwalunkwe gradazzjoni tal-kreditu u deċiżjoni għal prospett ta’ gradazzjoni meħuda;
▼B
(f)
rapporti ta’ analiżi ta’ kreditu, rapporti ta’ valutazzjoni ta’ kreditu u rapporti privati ta’ gradazzjoni ta’ kreditu u rekords interni, inklużi informazzjoni mhux pubblika u dokumenti ta’ ħidma, li jkunu ntużaw bħala l-bażi tal-opinjonijiet espressi fir-rapporti ta’ dan it-tip;
(g)
rekords tal-proċeduri u l-miżuri implimentati mill-aġenzija li tiggrada l-kreditu biex tikkonforma ma’ dan ir-Regolament; u
(h)
kopji tal-komunikazzjonijiet interni u esterni, inklużi komunikazzjonijiet elettroniċi, li l-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew l-impjegati tagħha jkunu rċevew u bagħtu, li għandhom x’jaqsmu mal-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu.
|
▼M1
|
8.
|
Ir-rekords u s-sekwenzi ta' verifika msemmija fil-punt 7 għandhom jinżammu fil-bini tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu rreġistrata għal tal-inqas ħames snin u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-AETS meta jkunu mitluba.
▼B
Meta r-reġistrazzjoni ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu tkun irtirata, ir-rekords għandhom jinżammu għal perijodu addizzjonali ta’ mill-anqas tliet snin.
|
|
9.
|
Ir-rekords li jesponu d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu kreditu u l-entità ggradata jew il-partijiet terzi relatati tagħha taħt ftehim għall-provvista ta’ servizzi ta’ gradazzjoni ta’ kreditu għandhom jinżammu għal mill-anqas it-tul tar-relazzjoni ma’ dik l-entità ggradata jew il-partijiet terzi relatati tagħha.
|
Taqsima C
Regoli dwar analisti tal-gradazzjoni u persuni oħra direttament involuti f’attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu
|
1.
|
L-analisti tal-gradazzjoni u l-impjegati tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu u li hija involuta direttament f’attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu, kif ukoll persuni assoċjati mill-qrib skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2004/72/KE (
19
), ma jistgħux jixtru jew ibigħu jew jidħlu f’xi transazzjoni fi kwalunkwe strument finanzjarju maħruġ, garantit, jew appoġġat mod ieħor minn xi entità ggradata fil-qasam tar-responsabbiltà analitika primarja tagħhom għajr holdings fi skemi ta’ investiment kollettiv diversifikat inklużi fondi amministrati bħal fondi pensjonistiċi jew assigurazzjoni fuq il-ħajja.
|
|
2.
|
▼M3
L-ebda persuna msemmija fil-punt 1 ma għandha tieħu sehem fi jew inkella tinfluwenza d-determinazzjoni ta’ gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni ta’ kwalunkwe entità ggradata partikolari jekk dik il-persuna:
▼B
(a)
tipposjedi strumenti finanzjarji tal-entità ggradata, minbarra holdings fi skemi ta’ investiment kollettiv diversifikat;
(b)
tipposjedi strumenti finanzjarji ta’ kwalunkwe entità relatata ma’ entità ggradata, li l-pussess tagħhom jista’ jikkawża jew ikun perċepit b’mod ġenerali li qiegħed jikkawża konflitt ta’ interess, minbarra għal holdings fi skemi ta’ investiment kollettiv diversifikat;
(c)
kellha relazzjoni ta’ impjieg jew ta’ kummerċ oħra reċentement jew kwalunkwe relazzjoni oħra mal-entità ggradata li tista’ toħloq jew tista’ tkun perċepita b’mod ġenerali li qiegħda tikkawża konflitt ta’ interess.
|
|
3.
|
L-aġenziji li jiggradaw il-kreditu għandhom jiżguraw li l-persuni msemmijin fil-punt 1:
(a)
jieħdu l-miżuri kollha raġonevoli biex jipproteġu l-proprjetà u r-rekords fil-pussess tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu minn frodi, serq jew użu ħażin waqt li jitqiesu n-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tagħhom u n-natura u l-firxa tal-attivitajiet tagħhom ta’ gradazzjoni ta’ kreditu;
▼M3
(b)
ma tiżvela ebda informazzjoni dwar il-gradazzjonijiet tal-kreditu, gradazzjonijiet tal-kreditu jew prospetti ta’ gradazzjoni futuri possibbli tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu, ħlief lill-entità ggradata jew il-parti terza relatata magħha;
▼B
(c)
ma jaqsmux informazzjoni kunfidenzjali fdata lill-aġenzija li tiggrada l-kreditu ma’ analisti tal-gradazzjoni u impjegati ta’ kwalunkwe persuna direttament jew indirettament marbuta magħha b’kontroll kif ukoll ma’ kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll ta’ kwalunkwe persuna direttament jew indirettament relatata magħha b’kontroll,
►C1
u li mhijiex direttament involuta fl-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu; u ◄
(d)
ma jużawx jew ma jaqsmux informazzjoni kunfidenzjali għall-iskop ta’ kummerċ ta’ strumenti finanzjarji, jew għal kwalunkwe skop ieħor minbarra t-tmexxija tal-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu.
|
|
4.
|
Il-persuni msemmija fil-punt 1 m’għandhomx jitolbu jew jaċċettaw flus, rigali jew favuri minn xi ħadd li miegħu l-aġenzija li tiggrada l-kreditu qiegħda tagħmel negozju.
|
|
5.
|
Jekk persuna msemmija fil-paragrafu 1 tikkunsidra li kwalunkwe persuna oħra ta’ dan it-tip tkun wettqet imġiba li tikkunsidra bħala illegali, hija għandha tirrapporta tali informazzjoni immedjatament lill-uffiċjal ta’ konformità mingħajr konsegwenzi negattivi għaliha.
|
|
6.
|
Meta analista ta’ gradazzjoni jtemm l-impjieg tiegħu u jingħaqad ma’ entità ggradata li fil-gradazzjoni tal-kreditu tagħha huwa kien involut, jew ma’ ditta finanzjarja li magħha huwa kellu transazzjonijiet bħala parti mill-kompiti tiegħu fl-aġenzija li tiggrada l-kreditu, l-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tirrivedi l-ħidma rilevanti tal-analista ta’ gradazzjoni matul is-sentejn qabel it-tluq tiegħu.
|
▼M3
|
7.
|
Persuna msemmija fil-punt 1 ma għandhiex tieħu pożizzjoni ewlenija fil-maniġment mal-entità ggradata jew parti terza relatata magħha fi żmien sitt xhur mill-ħruġ ta’ gradazzjoni tal-kreditu jew tal-prospett ta’ gradazzjoni.
|
|
8.
|
Għall-iskopijiet tal-Artikolu 7(4):
(a)
l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu għandhom jiżguraw li l-analisti tal-gradazzjoni ewlenin ma għandhomx ikunu involuti f’attivitajiet ta’ gradazzjoni tal-kreditu relatati mal-istess entità jew parti terza relatata magħha għal perjodu li jaqbeż l-erba’ snin;
(b)
l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu ħlief dawk appuntati minn emittent jew il-parti terza relatata miegħu u l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu kollha li joħorġu gradazzjonijiet sovrani għandhom jiżguraw li:
(i)
l-analisti tal-gradazzjoni ma għandhomx ikunu involuti f’attivitajiet ta’ gradazzjoni tal-kreditu relatati mal-istess entità ggradata jew il-partijiet terzi relatati tagħha għal perjodu li jaqbeż il-ħames snin;
(ii)
il-persuni li japprovaw il-gradazzjonijiet tal-kreditu ma għandhomx ikunu involuti f’attivitajiet ta’ gradazzjoni tal-kreditu relatati mal-istess entità ggradata jew parti terza relatata magħha għal perjodu li jaqbeż is-seba’ snin.
Il-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu involuti f’attivitajiet ta’ gradazzjoni tal-kreditu relatati mal-entità ggradata jew parti terza relatata magħha msemmija f’dawk il-punti fi żmien sentejn mit-tmiem tal-perjodi stabbiliti f’dawk il-punti.
|
▼B
Taqsima D
▼M3
Regoli dwar il-preżentazzjoni tal-gradazzjonijiet tal-kreditu u prospetti ta’ gradazzjoni
▼B
I. Obbligi ġenerali
▼M3
|
1.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżgura li kwalunkwe gradazzjoni tal-kreditu u prospett ta’ gradazzjoni jsemmu b’mod ċar u prominenti l-isem u l-kariga tal-analist ewlieni tal-gradazzjoni f’attività ta’ gradazzjoni tal-kreditu partikolari kif ukoll l-isem u l-pożizzjoni tal-persuna primarjament responsabbli għall-approvazzjoni tal-gradazzjoni tal-kreditu jew tal-prospett ta’ gradazzjoni.
|
▼B
|
2.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżgura li mill-anqas:
▼M3
(a)
is-sorsi sostanzjalment materjali kollha, inklużi l-entità ggradata jew, fejn hu xieraq, parti terza relatata, li ntużaw fit-tħejjija ta’ gradazzjoni tal-kreditu jew ta’ prospett ta’ gradazzjoni huma indikati flimkien b’indikazzjoni li turi jekk il-gradazzjoni tal-kreditu jew il-prospett ta’ gradazzjoni ġewx żvelati lil dik l-entità ggradata jew il-parti terza relatata magħha u emendati wara dak l-iżvelar qabel ma nħarġu;
▼B
(b)
il-metodoloġija prinċipali jew il-verżjoni tal-metodoloġija li ntużat fl-istabbiliment tal-gradazzjoni ta’ kreditu hija indikata b’mod ċar, b’referenza għad-deskrizzjoni komprensiva tagħha; fejn il-gradazzjoni ta’ kreditu hija bbażata fuq aktar minn metodoloġija waħda, jew meta r-referenza għall-metodoloġija prinċipali biss tista’ tikkawża li l-investituri jinjoraw aspetti importanti oħra tal-gradazzjoni ta’ kreditu, inklużi xi aġġustamenti u devjazzjonijiet sinifikanti, l-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tispjega dan il-fatt fil-gradazzjoni ta’ kreditu u tindika kif metodoloġiji differenti jew dawn l-aspetti l-oħra ġew ikkunsidrati fil-gradazzjoni ta’ kreditu;
(c)
ikunu spjegati t-tifsira ta’ kull kategorija ta’ gradazzjoni u d-definizzjoni ta’ nuqqas ta’ ħlas jew irkupru u kull twissija adatta dwar ir-riskju, inkluż analiżi tas-sensittività tas-suppożizzjonijiet ta’ gradazzjoni prinċipali rilevanti, bħas-suppożizzjonijiet matematiċi jew korrelattivi, akkumpanjat minn gradazzjonijiet ta’ kreditu tal-agħar xenarju possibbli kif ukoll gradazzjonijiet ta’ kreditu tal-aħjar xenarju possibbli;
▼M3
(d)
id-data li fiha l-gradazzjoni tal-kreditu ġiet rilaxxata għall-ewwel darba għad-distribuzzjoni u meta ġiet aġġornata l-aħħar inklużi kwalunkwe prospetti ta’ gradazzjoni hija indikata b’mod ċar u prominenti;
(e)
tingħata informazzjoni dwar jekk il-gradazzjoni tal-kreditu tikkonċernax strument finanzjarju maħruġ ġdid u jekk l-aġenzija li tiggrada l-kreditu hix qed tiggrada l-istrument finanzjarju għall-ewwel darba; u
(f)
fil-każ ta’ prospett ta’ gradazzjoni, jiġi pprovdut orizzont taż-żmien li matulu hija mistennija bidla tal-gradazzjoni tal-kreditu.
Meta jippubblikaw gradazzjonijiet tal-kreditu jew prospetti ta’ gradazzjoni tal-kreditu, l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu għandhom jinkludu referenza għar-rati ta’ inadempjenza storiċi ppubblikati mill-AETS f’repożitorju ċentrali skont l-Artikolu 11(2), flimkien ma’ nota spjegattiva dwar it-tifsira ta’ dawk ir-rati ta’ inadempjenza.
|
▼M3
|
2a.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha takkumpanja l-iżvelar tal-metodoloġiji, mudelli u suppożizzjonijiet ewlenin ta’ gradazzjoni bi gwida li tispjega s-suppożizzjonijiet, il-parametri, il-limiti u l-inċertezzi li jikkonċernaw il-mudelli u l-metodoloġiji ta’ gradazzjoni użati fil-gradazzjonijiet tal-kreditu, inklużi simulazzjonijiet ta’ xenarji stressanti li twettaq l-aġenzija li tiggrada l-kreditu meta tistabbilixxi l-gradazzjonijiet tal-kreditu, l-informazzjoni dwar il-gradazzjoni tal-kreditu fuq l-analiżi tad-dħul u l-ħruġ ta’ flus li tkun wettqet jew li tkun qed tiddependi fuqha u, fejn hu applikabbli, indikazzjoni ta’ kwalunkwe tibdil mistenni fil-gradazzjoni tal-kreditu. Gwida bħal din għandha tkun ċara u li tiftiehem faċilment.
|
▼M3
|
3.
|
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tinforma lill-entità ggradata waqt il-ħin tax-xogħol tal-entità ggradata u mill-inqas jum sħiħ ta’ ħidma qabel il-pubblikazzjoni tal-gradazzjoni tal-kreditu jew tal-prospett ta’ gradazzjoni. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi r-raġunijiet prinċipali li fuqhom wieħed ikun ibbaża l-gradazzjoni tal-kreditu jew il-prospett ta’ gradazzjoni sabiex tingħata opportunità lill-entità ggradata sabiex tiġbed l-attenzjoni tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu għal kwalunkwe żball fattwali.
|
|
4.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha ssemmi b’mod ċar u prominenti meta tiżvela l-gradazzjonijiet tal-kreditu jew il-prospetti ta’ gradazzjoni kwalunkwe attributi u limitazzjonijiet tal-gradazzjoni tal-kreditu jew tal-prospett ta’ gradazzjoni. B’mod partikolari, meta tiżvela kwalunkwe gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni, aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha ssemmi b’mod prominenti jekk tqisx li l-kwalità tal-informazzjoni disponibbli fuq l-entità ggradata hix sodisfaċenti u safejn tkun ivverifikat l-informazzjoni li ġiet provduta lilha mill-entità ggradata jew parti terza relatata magħha. Jekk gradazzjoni tal-kreditu jew prospett tal-klasifikazzjoni jinvolvu tip ta’ entità jew strument finanzjarju li għalih id-dejta storika tkun limitata, l-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tikkjarifika dawn il-limitazzjonijiet f’post prominenti.
▼B
Fil-każ ta’ nuqqas ta’ data affidabbli jew tal-kumplessità tal-istruttura ta’ tip ġdid ta’ strument finanzjarju jew il-kwalità tal-informazzjoni disponibbli ma tkunx sodisfaċenti jew tqajjem dubji serji dwar jekk aġenzija li tiggrada l-kreditu tistax tipprovdi gradazzjoni ta’ kreditu affidabbli, l-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha toqgħod lura milli toħroġ gradazzjoni ta’ kreditu jew tirtira gradazzjoni eżistenti.
|
|
5.
|
▼M3
Meta tħabbar gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni, aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tispjega fl-istqarrijiet għall-istampa jew fir-rapporti tagħha l-elementi ewlenin sottostanti għall-gradazzjoni tal-kreditu jew għall-prospett ta’ gradazzjoni.
▼B
Meta l-informazzjoni stipulata fil-punti 1, 2 u 4 tkun sproporzjonata meta mqabbla mat-tul tar-rapport imqassam, ikun biżżejjed li ssir referenza ċara u prominenti fir-rapport stess għall-post fejn jista’ jkun hemm aċċess dirett u faċli għal dan l-iżvelar, inkluża weblink diretta għall-iżvelar fuq website adatt tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu.
|
▼M3
|
6.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżvela fuq il-website tagħha, u tinnotifika lill-AETS fuq bażi kontinwa, l-informazzjoni dwar l-entitajiet jew strumenti tad-dejn kollha miġjuba quddiemha għar-reviżjoni inizjali tagħhom jew għal gradazzjoni preliminari. Dan l-iżvelar għandu jsir kemm jekk l-emittenti jikkuntrattaw mal-aġenzija li tiggrada l-kreditu għal gradazzjoni aħħarija u kemm jekk le.
|
▼B
II. Obbligi addizzjonali rigward il-gradazzjonijiet ta’ kreditu ta’
►M5
strumenti ta' titolizzazzjoni ◄
|
1.
|
Meta aġenzija li tiggrada l-kreditu tiggrada
►M5
strument ta' titolizzazzjoni ◄ , fil-gradazzjoni ta’ kreditu għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha dwar it-telf u analiżi tal-fluss tal-flus li hija wettqet jew li qed tiddeppendi fuqhom u indikazzjoni ta’ kwalunkwe bidla mistennija fil-gradazzjoni ta’ kreditu.
|
|
2.
|
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiddikjara liema livell ta’ valutazzjoni hija wettqet dwar il-proċessi ta’ diliġenza dovuta mwettqa fil-livell tal-istrumenti finanzjarji jew assi oħra li huma l-bażi għal
►M5
strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ . L-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżvela jekk wettqitx xi valutazzjoni ta’ tali proċessi ta’ diliġenza dovuta jew jekk qagħditx fuq valutazzjoni minn parti terzi, u tindika kif l-eżitu ta’ tali valutazzjoni jolqot il-gradazzjoni ta’ kreditu.
|
▼M3 —————
▼M3
III. Obbligi addizzjonali relatati mal-gradazzjonijiet sovrani
1. Fejn aġenzija li tiggrada l-kreditu toħroġ gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni relatat, għandha takkumpanja l-gradazzjoni jew il-prospett ta’ gradazzjoni b’rapport ta’ riċerka dettaljat li jispjega s-suppożizzjonijiet, il-parametri, il-limiti u l-inċertezzi kollha u kwalunkwe informazzjoni oħra ikkunsidrati fid-determinazzjoni ta’ dik il-gradazzjoni jew dak il-prospett. Dak ir-rapport għandu jkun disponibbli lill-pubbliku, ċar u jiftiehem faċilment.
2. Rapport ta’ riċerka disponibbli lill-pubbliku li jakkumpanja xi tibdil meta mqabbel mal-gradazzjoni sovrana jew mal-prospett ta’ gradazzjoni relatat preċedenti għandu jinkludi tal-anqas dan li ġej:
(a)
evalwazzjoni dettaljata tal-bidliet fis-suppożizzjoni kwantitattiva li jiġġustifikaw ir-raġunijiet għall-bidla fil-gradazzjoni u l-piż relattiv tagħhom. L-evalwazzjoni dettaljata għandha tinkludi deskizzjoni ta’ dan li ġej: id-dħul per capita, it-tkabbir tal-PGD, l-inflazzjoni, il-bilanċ fiskali, il-bilanċ estern, id-dejn estern, indikatur għall-iżvilupp ekonomiku, indikatur tal-inadempjenza u kwalunkwe fattur rilevanti ieħor ikkunsidrat. Dan għandu jkun ikkomplementat bil-piż relattiv ta’ kull fattur;
(b)
evalwazzjoni dettaljata tal-bidliet fis-suppożizzjoni kwalitattiva li jiġġustifikaw ir-raġunijiet għat-tibdil fil-gradazzjoni u l-piż relattiv tagħhom;
(c)
deskrizzjoni dettaljata tar-riskji, il-limiti u l-inċertezzi relatati mat-tibdil fil-gradazzjoni; u
(d)
sommarju tal-minuti tal-laqgħa tal-kumitat tal-gradazzjoni li ddeċieda t-tibdil fil-gradazzjoni.
3. Mingħajr preġudizzju għall-punt 3 tal-Parti I tat-Taqsima D tal-Anness I, fejn aġenzija li tiggrada l-kreditu toħroġ gradazzjonijiet sovrani jew prospetti ta’ gradazzjoni relatati, għandha tippubblikhom skont l-Artikolu -8a, wara l-għeluq tal-ħinijiet tan-negozju ta’ swieq regolati u mill-inqas siegħa qabel il-ftuħ tagħhom.
4. Mingħajr preġudizzju għall-punt 5 tal-Parti I tat-Taqsima D tal-Anness I, li f’konformità miegħu, meta titħabbar gradazzjoni tal-kreditu, aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tispjega fl-istqarrijiet għall-istampa jew fir-rapporti tagħha l-fatturi ewlenin li fuqhom tkun ibbażata l-gradazzjoni tal-kreditu, u għalkemm il-politiki nazzjonali jistgħu jservu bħala fattur li fuqhom tkun ibbażata gradazzjoni sovrana, ir-rakkomandazzjonijiet politiċi, preskrizzjonijiet jew linji gwida lill-entitajiet iggradati, inklużi Stati jew awtoriatjiet reġjonali jew lokali tal-Istati, m’għandhomx ikunu parti mill-gradazzjonijiet sovrani jew prospetti ta’ gradazzjoni.
▼B
Taqsima E
Żvelar
I. Żvelar ġenerali
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha ġeneralment tiżvela il-fatt li hi reġistrata bi qbil ma’ dan ir-Regolament u l-informazzjoni li ġejja:
|
1.
|
kwalunkwe konflitt reali u potenzjali tal-interess imsemmi fil-punt 1 tat-Taqsima B;
|
|
2.
|
lista ta’ servizzi anċillari tagħha;
|
▼M3
|
3.
|
il-politika tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu li tirrigwarda l-pubblikazzjoni tal-gradazzjonijiet tal-kreditu u komunikazzjonijiet relatati oħrajn inklużi l-prospetti ta’ gradazzjoni;
|
▼B
|
4.
|
in-natura ġenerali tal-arranġamenti tal-kumpens tagħha;
|
|
5.
|
il-metodoloġiji, u deskrizzjonijiet tal-mudelli u s-suppożizzjonijiet ta’ gradazzjoni prinċipali, bħal suppożizzjonijiet matematiċi jew korrelattivi, użati matul attivitajiet tagħha ta’ gradazzjoni ta’ kreditu kif ukoll bidliet materjali tagħhom
|
|
6.
|
kull modifika materjali għas-sistemi, ir-riżorsi jew il-proċeduri tagħha; u
|
|
7.
|
meta jkun relevanti, il-kodiċi ta’ kondotta tagħha.
|
II. Żvelar perjodiku
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha perjodikament tiżvela l-informazzjoni li ġejja:
|
1.
|
Kull sitt xhur, data dwar ir-rati storiċi tan-nuqqasijiet ta’ ħlas tal-kategoriji ta’ gradazzjoni tagħha, li tkun tiddistingwi bejn iż-żoni ġeografiċi prinċipali tal-emittenti u jekk ir-rati tan-nuqqasijiet ta’ ħlas ta’ dawn il-kategoriji nbidlux matul iż-żmien;
|
▼M1
|
2.
|
kull sena, l-informazzjoni li ġejja:
▼M3
(a)
lista ta’ tariffi li jiġu imposti lil kull klijent għall-gradazzjonijiet individwali tal-kreditu u kwalunke servizzi anċillari;
(aa)
il-politika tagħha tal-ipprezzar, inklużi l-istrutturi tat-tariffi u l-kriterji tal-ipprezzar relatati mal-gradazzjonijiet tal-kreditu għal kategoriji ta’ assi differenti;
▼M1
(b)
lista ta’ dawk il-klijenti tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu li l-kontribut tagħhom fir-rata ta’ tkabbir fl-iġġenerar ta’ dħul tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu fis-sena finanzjarja ta’ qabel qabeż ir-rata ta’ tkabbir fid-dħul totali tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu f’dik is-sena b’fattur ta’ aktar minn 1,5 darba. Kwalunkwe klijent ta’ dan it-tip għandu jkun inkluż f’din il-lista biss fejn f’dik is-sena kellu sehem ta’ aktar minn 0,25 % tad-dħul dinji totali tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu fil-livell globali; u
(c)
lista ta' gradazzjonijiet ta' kreditu maħruġa matul is-sena, li tindika l-proporzjon ta' gradazzjonijiet ta' kreditu mhux mitluba fosthom.
▼B
Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “klijent” tfisser entità, is-sussidjarji tagħha, u entitajiet assoċjati li fihom l-entità għandha holdings ta’ aktar minn 20 %, kif ukoll kull entità oħra li dwarha nnegozjat l-istruttura tal-ħruġ ta’ self f’isem klijent u fejn tħallset tariffa, direttament jew indirettament, lill-aġenzija li tiggrada l-kreditu għall-gradazzjoni ta’ kreditu tal-ħruġ ta’ dak is-self.
|
III. Rapport ta’ trasparenza
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tagħmel disponibbli annwalment l-informazzjoni li ġejja:
|
1.
|
informazzjoni dettaljata dwar l-istruttura ġuridika u tal-pussess tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu, inkluż informazzjoni dwar il-holdings fis-sens tal-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (
20
);
|
|
2.
|
deskrizzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern li jiżgura l-kwalità tal-attivitajiet tagħha ta’ gradazzjoni ta’ kreditu;
|
▼M3
|
3.
|
statistiċi dwar l-allokazzjoni tal-persunal tagħha għal gradazzjonijiet ġodda tal-kreditu, reviżjonijiet ta’ gradazzjonijiet tal-kreditu, valutazzjoni tal-metodoloġiji jew tal-mudelli u maniġment għoli, u dwar l-allokazzjoni tal-persunal għall-attivitajiet ta’ gradazzjoni fir-rigward ta’ kategoriji ta’ assi differenti (korporattivi - finanzi strutturati - sovrani);
|
▼B
|
4.
|
deskrizzjoni tal-politika tagħha dwar iż-żamma ta’ rekords;
|
|
5.
|
l-eżitu tar-reviżjoni interna annwali tal-funzjoni indipendenti tagħha ta’ konformità;
|
|
6.
|
deskrizzjoni tal-amminstrazzjoni tagħha u tal-politika tagħha ta’ rotazzjoni tal-analisti ta’ gradazzjoni;
|
▼M3
|
7.
|
informazzjoni finanzjarja dwar id-dħul tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu, inkluż il-fatturat totali, diviż f’tariffi minn gradazzjonijiet tal-kreditu u servizzi anċillari b’deskrizzjoni komprensiva ta’ kull waħda, inkluż id-dħul iġġenerat minn servizzi anaċillari provduti lill-klijenti ta’ servizzi ta’ gradazzjoni u l-allokazzjoni tat-tariffi għal gradazzjonijiet tal-kreditu ta’ kategoriji differenti ta’ assi. L-informazzjoni fuq il-fatturat totali għandha tinkludi wkoll allokazzjoni ġeografika ta’ dak il-fatturat għal dħul iġġenerat fl-Unjoni u fid-dinja kollha;
|
▼B
|
8.
|
dikjarazzjoni tal-governanza fis-sens tal-Artikolu 46a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju tal-1978 dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (
21
). Għall-finijiet ta’ dik id-dikjarazzjoni, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 46a(1)(d) ta’ dik id-Direttiva għandha tkun ipprovduta mill-aġenzija li tiggrada l-kreditu irrispettivament minn jekk hijiex suġġetta għad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (
22
).
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1060
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|