|
+Artikolu 8 1. |
Artikolu 8 1.Amministratur għandu jżomm rekords ta':
(a)
id-data tal-input kollha inkluż l-użu ta' tali data;
(b)
il-metodoloġija użata għad-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju;
(c)
kwalunkwe eżerċizzju ta' ġudizzju jew diskrezzjoni mill-amministratur u, meta applikabbli, mill-valutaturi, fid-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju, inkluż ir-raġunament għall-ġudizzju jew id-diskrezzjoni msemmija;
(d)
in-nuqqas ta' kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe data tal-input, b'mod partikolari meta tkun ikkonformat mar-rekwiżiti tal-metodoloġija tal-parametru referenzjarju, u r-raġunament għal tali nuqqas ta' kunsiderazzjoni;
(e)
bidliet oħra fil-metodoloġiji u l-proċeduri standard jew devjazzjonijiet minnhom, fosthom dawk magħmula matul perjodi ta' stress u tfixkil fis-suq;
(f)
l-identitajiet tas-sottomettenti u tal-persuni fiżiċi impjegati mill-amministratur għad-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju;
(g)
id-dokumenti kollha dwar kwalunkwe lment, fosthom dawk sottomessi mill-ilmentatur; u
(h)
il-konverżazzjonijiet telefoniċi jew tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bejn kwalunkwe persuna impjegata mill-amministratur u l-kontributuri jew is-sottomettenti fir-rigward ta' parametru referenzjarju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|