|
+Artikolu 15 6. |
Artikolu 15 6.L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar l-elementi tal-kodiċi ta' kondotta msemmija fil-paragrafu 2 għat-tipi differenti ta' parametri referenzjarji u biex jitqiesu l-iżviluppi fil-parametri referenzjarji u s-swieq finanzjarji. ESMA għandha tqis il-karatteristiċi differenti tal-parametri referenzjarji u tal-kontributuri, b'mod partikolari f'termini ta' differenzi fid-data tal-input u l-metodoloġiji, ir-riskji li d-data tal-input tiġi mmanipulata u l-konverġenza internazzjonali tal-prassi superviżorji fir-rigward ta' parametri referenzjarji. L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' April 2017. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|