|
+Artikolu 20 1. |
Artikolu 20 1.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 50(2) biex tistabbilixxi u tirrieżamina mill-inqas kull sentejn lista ta' parametri referenzjarji fornuti minn amministraturi li jinsabu fl-Unjoni li huma parametri referenzjarji ta' importanza kritika, sakemm tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-parametru referenzjarju jintuża direttament jew indirettament fi ħdan kombinazzjoni ta' parametri referenzjarji bħala referenza għal strumenti finanzjarji jew kuntratti finanzjarji jew għall-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment, b'valur totali ta' mill-inqas EUR 500 biljun abbażi tal-firxa kollha ta' maturitajiet jew termini tal-parametru referenzjarju, meta applikabbli;
(b)
il-parametru referenzjarju huwa bbażat fuq sottomissjonijiet minn kontributuri li fil-maġġoranza tagħhom jinsabu fi Stat Membru wieħed u huwa rikonoxxut bħala ta' importanza kritika f'dak l-Istat Membru b'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu;
(c)
il-parametru referenzjarju jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
(i)
il-parametru referenzjarju jintuża direttament jew indirettament fi ħdan kombinazzjoni ta' parametri referenzjarji bħala referenza għal strumenti finanzjarji jew kuntratti finanzjarji jew għall-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment, b'valur totali ta' mill-inqas EUR 400 biljun abbażi tal-firxa kollha ta' maturitajiet jew termini tal-parametru referenzjarju, iżda li ma jeċċedix il-valur previst fil-punt (a);
(ii)
il-parametru referenzjarju ma għandu l-ebda sostitut xieraq orjentat lejn is-suq jew għandu ftit wisq minnhom;
(iii)
fil-każ li l-parametru referenzjarju ma jibqax jiġi pprovdut, jew jiġi pprovdut abbażi ta' data tal-input li ma tibqax rappreżentattiva b'mod sħiħ tas-suq jew tar-realtà ekonomika sottostanti jew abbażi ta' data tal-input mhux affidabbli, ikun hemm impatti sinifikanti u negattivi fuq l-integrità tas-swieq, l-istabbiltà finanzjarja, il-konsumaturi, l-ekonomija reali, jew il-finanzjament ta' unitajiet domestiċi u negozji fi Stat Membru wieħed jew aktar. Jekk parametru referenzjarju jissodisfa l-kriterji stipulati fil-punt (c)(ii) u (iii) iżda ma jissodisfax il-kriterju stipulat fil-punt (c)(i), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati flimkien mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-amministratur ikun stabbilit jistgħu jaqblu li tali parametru referenzjarju għandu jkun rikonoxxut bħala ta' importanza kritika skont dan is-subparagrafu. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità kompetenti tal-amministratur għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-awtorità kompetenti tal-amministratur għandha tiddeċiedi jekk il-parametru referenzjarju għandu jiġi rikonoxxut bħala kritiku taħt dan is-subparagrafu, filwaqt li jitqiesu r-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil. L-awtoritajiet kompetenti, jew, fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, l-awtorità kompetenti tal-amministratur, għandhom jittrasmettu l-valutazzjoni lill-Kummissjoni. Wara li tirċievi l-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni skont dan il-paragrafu. Barra minn hekk, fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, l-awtorità kompetenti tal-amministratur għandha tittrasmetti l-valutazzjoni tagħha lill-ESMA li tista' tippubblika opinjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|