|
+Artikolu 48d 10. |
Artikolu 48d 10.Fejn awtorità ġudizzjarja nazzjonali tirċievi applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ spezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew l-assistenza prevista fil-paragrafu 7, dik l-awtorità għandha tivverifika dawn li ġejjin:
(a)
li d-deċiżjoni adottata mill-ESMA msemmija fil-paragrafu 5 tkun awtentika;
(b)
li kwalunkwe miżura li trid tittieħed tkun proporzjonata u mhux arbitrarja jew eċċessiva. Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-ESMA biex tissuspetta li seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament u s-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrivedi l-ħtieġa tal-investigazzjoni jew titlob li a tiġi pprovduta bl-informazzjoni fil-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami biss mill-Qorti tal-Ġustizzja skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|