|
+ANNESS III |
ANNESS III
ANNESS III Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi Metodoloġija għal Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE
(1)
L-amministratur ta’ Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE għandu jifformalizza, jiddokumenta u jippubblika kwalunkwe metodoloġija użata għall-kalkolu tal-parametru referenzjarju, u jagħti l-informazzjoni li ġejja, filwaqt li jiżgura l-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kif definiti fid-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 22 ):
(a)
il-lista tal-kostitwenti ewlenin tal-parametru referenzjarju;
(b)
il-kriterji u l-metodi kollha, inklużi l-fatturi ta’ għażla u ta’ ponderazzjoni, il-metrika u l-indikaturi użati fil-metodoloġija tal-parametru referenzjarju;
(c)
il-kriterji applikati biex jiġu esklużi assi jew kumpaniji li jkunu assoċjati ma’ livell ta’ marka tal-karbonju jew livell ta’ riżervi ta’ fjuwils fossili li jkunu inkompatibbli mal-inklużjoni fil-parametru referenzjarju;
(d)
il-kriterji għad-determinazzjoni tat-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni;
(e)
it-tip u s-sors ta’ data użati għad-determinazzjoni tat-trajettorja tad-dekarbonizzazzjoni għal:
(i)
emissjonijiet tal-karbonju taħt l-Ambitu 1, jiġifieri emissjonijiet iġġenerati minn sorsi li huma kkontrollati mill-kumpannija li toħroġ l-assi sottostanti;
(ii)
emissjonijiet tal-karbonju taħt l-Ambitu 2, jiġifieri emissjonijiet mill-konsum ta’ xiri ta’ elettriku, fwar, jew sorsi oħra ta’ enerġija ġġenerata upstream mill-kumpanija li toħroġ l-assi sottostanti;
(iii)
emissjonijiet tal-karbonju taħt l-Ambitu 3, jiġifieri emissjonijiet indiretti kollha li mhumiex koperti mill-punti (i) u (ii) li jseħħu fil-katina tal-valur tal-kumpanija li tirrapporta, inklużi kemm l-emissjonijiet upstream kif ukoll dawk downstream, b’mod partikolari għal setturi b’impatt kbir fuq it-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu;
(iv)
jekk id-data tużax il-metodi tal-Impronta Ambjentali tal-Prodotti u tal-Organizzazzjonijiet kif definit fil-punti (a) u (b) tal-punt 2 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE jew standards globali bħal dawk tat-Taskforce dwar Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja;
(f)
it-total tal-emissjonijiet tal-karbonju tal-portafoll ta’ indiċi; Fejn indiċi prinċipali jintuża għat-tiswir ta’ Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE, it-tracking error bejn il-Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-indiċi prinċipali għandu jiġi ddivulgat. Fejn indiċi prinċipali jintuża għat-tiswir ta’ Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE, il-proporzjon bejn il-valur tas-suq tat-titoli li jkunu fil-Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-valur tas-suq tat-titoli fl-indiċi prinċipali għandu jiġi ddivulgat. Metodoloġija għal Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi
(2)
Minbarra l-punti (1)(a), 1(b) u 1(c), l-amministratur ta’ Parametru Referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi għandu jispeċifika l-formula jew il-kalkolu li jintużaw biex jiġi ddeterminat jekk l-emissjonijiet humiex allinjati mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi, filwaqt li jiġu żgurati l-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kif definiti fid-Direttiva (UE) 2016/943. Bidliet fil-metodoloġija
(3)
L-amministraturi ta’ Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jadottaw proċeduri sabiex jintroduċu bidliet fil-metodoloġija tagħhom. Huma għandhom jippubblikaw dawk il-proċeduri, u għandhom jippubblikaw kwalunkwe bidla proposta għall-metodoloġija tagħhom u r-raġunament għal dawk il-bidliet. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu konsistenti mal-għan prevalenti li l-kalkoli tal-parametri referenzjarji jkunu konsistenti mal-punti (23a) u (23b) tal-Artikolu 3(1). Dawk il-proċeduri għandhom jipprevedu:
(a)
avviż bil-quddiem f’perijodu ta’ żmien ċar li jagħti lill-utenti tal-parametri referenzjarji opportunità biżżejjed biex janalizzaw u jikkummentaw dwar l-impatt ta’ tali bidliet proposti, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kumplessivi tal-kalkolu tal-amministratur;
(b)
il-possibbiltà għall-utenti tal-parametri referenzjarji li jikkummentaw dwar dawk il-bidliet u għall-amministraturi biex iwieġbu għal dawk il-kummenti, u għandhom jagħmlu dawk il-kummenti aċċessibbli wara kull perijodu speċifiku ta’ konsultazzjoni, ħlief jekk il-kummentatur ikun talab il-kunfidenzjalità.
(4)
L-amministraturi ta’ Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jeżaminaw regolarment il-metodoloġiji tagħhom tal-anqas fuq bażi annwali biex jiżguraw li l-parametri referenzjarji tagħhom jirriflettu b’mod affidabbli l-objettivi ddikjarati, u għandu jkollhom proċess fis-seħħ li jikkunsidra l-opinjonijiet tal-utenti rilevanti kollha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|