|
+Artikolu 1 Definizzjonijiet |
Artikolu 1 DefinizzjonijietArtikolu 1 Definizzjonijiet Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG)” tfisser emissjonijiet tal-gassijiet serra kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (1) tar-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(b)
“emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) assoluti” tfisser tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO 2, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (7) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(c)
“intensità tal-gassijiet serra (GHG)” tfisser l-emissjonijiet tal-GHG assoluti diviżi bil-valur tal-intrapriża, inklużi l-flus, f’miljuni ta’ Euro;
(d)
“valur tal-intrapriża inklużi l-flus” jew “EVIC (enterprise value including cash)” tfisser is-somma, fi tmiem is-sena fiskali, tal-kapitalizzazzjoni tas-suq ta’ ishma ordinarji, tal-kapitalizzazzjoni tas-suq ta’ ishma privileġġati, u l-valur kontabilistiku ta’ dejn totali u tal-interessi nonkontrollanti, mingħajr it-tnaqqis ta’ flus jew ekwivalenti ta’ flus;
(e)
“univers tal-investimenti” tfisser il-ġabra tal-istrumenti kollha ta’ investiment fi klassi ta’ assi partikolari jew grupp ta’ klassijiet ta’ assi;
(f)
“sena bażi” tfisser l-ewwel waħda minn serje ta’ snin f’parametru referenzjarju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|