6. Fi żmien 30 jum ta’ xogħol mid-data li tasal l-applikazzjoni għal permess speċifiku biex titħaddem SS tad-DLT, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih l-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni nieqsa jew kwalunkwe informazzjoni addizzjonali. Meta l-awtorità kompetenti tqis li l-applikazzjoni hija kompluta, għandha tinforma b’dan lill-applikant.
Malli l-awtorità kompetenti tqis li l-applikazzjoni hija kompluta, għandha tibgħat kopja ta’ tali applikazzjoni:
|
(b)
|
lill-awtoritajiet kompetenti speċifikati fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014.
|