8. Sal-24 ta’ Marzu 2025, l-ESMA għandha telabora linji gwida għall-promozzjoni tal-konsistenza u tal-proporzjonalità ta’:
|
(a)
|
eżenzjonijiet mogħtija lis-CSDs li jħaddmu SSs fl-Unjoni kollha, anki fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-adegwatezza tad-diversi tipi ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit użata mill-operaturi tas-suq għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament; u
|
|
(b)
|
l-eżerċizzju tal-għażla prevista fl-Artikolu 3(6).
|
Tali linji gwida għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq u l-istabbiltà finanzjarja.
L-ESMA għandha taġġorna perjodikament tali linji gwida.