9. Fi żmien 90 jum ta’ xogħol mid-data li tasal applikazzjoni kompluta għal permess speċifiku biex titħaddem SS tad-DLT, l-awtorità kompetenti għandha twettaq valutazzjoni tal-applikazzjoni u tiddeċiedi jekk tagħtix il-permess speċifiku. Meta l-applikant japplika simultanjament għal awtorizzazzjoni bħala CSD skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 u għal permess speċifiku skont dan ir-Regolament, il-perijodu ta’ valutazzjoni jista’ jiġi estiż għal perijodu ulterjuri sa dak speċifikat fl-Artikolu 17(8) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014.