+Artikolu 14 1
|
Artikolu 14 1
1. Sal-24 ta’ Marzu 2026, l-ESMA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar:
|
(a)
|
il-funzjonament tal-infrastrutturi tas-suq tad-DLT fl-Unjoni kollha;
|
|
(b)
|
l-għadd ta’ infrastrutturi tas-suq tad-DLT;
|
|
(c)
|
it-tipi ta’ eżenzjoni mitluba mill-infrastrutturi tas-suq tad-DLT u t-tipi ta’ eżenzjoni mogħtija;
|
|
(d)
|
l-għadd u l-valur tal-istrumenti finanzjarji tad-DLT ammessi għan-negozjar li huma rreġistrati fl-infrastrutturi tas-suq tad-DLT;
|
|
(e)
|
l-għadd u l-valur tat-tranżazzjonijiet innegozjati jew saldati fl-infrastrutturi tas-suq tad-DLT;
|
|
(f)
|
it-tip ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit użata u kwistjonijiet tekniċi relatati mal-użu tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit, inklużi l-kwistjonijiet elenkati fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1), u rigward l-impatt tal-użu tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit fuq l-objettivi tal-politika dwar il-klima tal-Unjoni;
|
|
(g)
|
il-proċeduri stabbiliti mill-operaturi tal-SSs tad-DLT jew tat-TSSs tad-DLT f’konformità mal-Artikolu 5(3), il-punt (b);
|
|
(h)
|
kwalunkwe riskju, vulnerabbiltà jew ineffiċjenza li jinħolqu bl-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit għall-protezzjoni tal-investituri, għall-integrità tas-suq jew għall-istabbiltà finanzjarja, inklużi eventwali tipi ġodda ta’ riskji ġuridiċi, sistemiċi u operazzjonali, li mhumiex indirizzati biżżejjed mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, u kwalunkwe effett mhux intenzjonat ieħor fuq il-likwidità, il-volatilità, il-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq jew l-istabbiltà finanzjarja;
|
|
(i)
|
kwalunkwe riskju ta’ arbitraġġ regolatorju jew kwistjonijiet li jolqtu l-kundizzjonijiet ekwivalenti bejn infrastrutturi tas-suq tad-DLT taħt ir-reġim pilota previst f’dan ir-Regolament u bejn infrastrutturi tas-suq tad-DLT u infrastrutturi tas-suq oħra li jużaw sistemi miruta;
|
|
(j)
|
kwalunkwe kwistjoni relatata mal-interoperabbiltà bejn l-infrastrutturi tas-suq tad-DLT u infrastrutturi oħra li jużaw sistemi miruta;
|
|
(k)
|
kwalunkwe benefiċċju u kost li jirriżulta mill-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit f’termini ta’ likwidità u finanzjament addizzjonali għal negozji ġodda u impriżi żgħar u ta’ daqs medju, titjib fis-sikurezza u fl-effiċjenza, konsum enerġetiku u mitigazzjoni tar-riskju fil-katina kollha tan-negozjar u ta’ wara n-negozjar, inkluż fir-rigward tar-reġistrazzjoni u tal-kustodja ta’ strumenti finanzjarji tad-DLT, it-traċċabbiltà tat-tranżazzjonijiet u l-konformità msaħħa mal-proċessi ta’ “kun af lill-klijent tiegħek” u tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, azzjonijiet korporattivi u l-eżerċizzju dirett tad-drittijiet tal-investituri permezz ta’ kuntratti intelliġenti, funzjonijiet ta’ rapportar u superviżjoni fil-livell tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT;
|
|
(l)
|
kwalunkwe rifjut li tagħti permessi speċifiċi jew eżenzjonijiet, kwalunkwe modifika jew irtirar ta’ tali permessi speċifiċi jew eżenzjonijiet kif ukoll kwalunkwe miżura ta’ kumpens jew korrettiva;
|
|
(m)
|
kwalunkwe waqfien tan-negozju minn infrastruttura tas-suq tad-DLT u r-raġunijiet għal tali waqfien;
|
|
(n)
|
l-adegwatezza tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 3 u fl-Artikolu 5(8), inklużi l-implikazzjonijiet potenzjali li jirriżultaw minn żieda f’tali limiti, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari kunsiderazzjonijiet sistemiċi u tipi differenti ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit; u
|
|
(o)
|
valutazzjoni ġenerali tal-kostijiet u tal-benefiċċji tar-reġim pilota previst f’dan ir-Regolament u rakkomandazzjoni dwar jekk għandux jitkompla dan ir-reġim pilota u taħt liema kundizzjonijiet.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.06.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0858
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|