Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti u kondizzjonijiet uniformi għal dawk il-maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv li jixtiequ jużaw id-denominazzjoni “EuSEF” fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti fl-Unjoni, u b’hekk jikkontribwixxi għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern.
Dan jistabbilixxi wkoll regoli uniformi għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti lill-investituri eliġibbli fl-Unjoni, għall-kompożizzjoni tal-portafoll ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, għall-istrumenti tal-investiment eliġibbli u t-teknika li jridu jintużaw mill-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti kif ukoll għall-organizzazzjoni, il-kondotta u t-trasparenza ta’ maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li jikkummerċjalizzaw fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti madwar l-Unjoni.