Parti terza għandha tidħol biss fi prekummerċjalizzazzjoni f'isem maniġer awtorizzat ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti meta din tkun awtorizzata bħala ditta tal-investiment skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
), bħala istituzzjoni ta' kreditu skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
), bħala kumpanija maniġerjali tal-UCITS skont id-Direttiva 2009/65/KE, bħala maniġer ta' fond ta' investiment alternattiv skont id-Direttiva 2011/61/UE, jew meta taġixxi bħala aġent marbut skont id-Direttiva 2014/65/UE. Tali parti terza għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dan l-Artikolu.