|
+Artikolu 7 |
Artikolu 7Artikolu 7 Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom, fir-rigward tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ġestiti minnhom:
(a)
jaġixxu onestament, b’mod ġust u b’ħila, reqqa u kawtela xierqa fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom;
(b)
japplikaw politika u proċeduri xierqa biex ikunu evitati prattiċi ħżiena li raġonevolment jistgħu jkunu mistennija jaffettwaw l-interessi tal-investituri u l-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti;
(c)
iwettqu l-attivitajiet ta’ negozju tagħhom b’mod li jippromovu l-impatt soċjali pożittiv tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti li jkunu investew fihom, l-aħjar interessi tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li huma jiġġestixxu, l-investituri fihom u l-integrità tas-suq;
(d)
japplikaw livell għoli ta’ diliġenza fl-għażla u l-monitoraġġ kontinwu tal-investimenti ta’ portafoll kwalifikanti u l-impatt soċjali pożittiv ta’ dawk l-impriżi;
(e)
ikollhom għarfien u fehim xierqa rigward l-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti li fihom jinvestu;
(f)
jittrattaw lill-investituri b’mod ekwu;
(g)
jiżguraw li l-ebda investitur ma jikseb trattament preferenzjali, sakemm tali trattament preferenzjali ma jiġix żvelat fir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|