+Artikolu 9
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.

Artikolu 9

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.
Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom jidentifikaw u jevitaw il-konflitti ta’ interess u, meta dawn ma jistgħux ikunu evitati, jiġġestixxu u jimmonitorjaw u, skont il-paragrafu 4, jiżvelaw minnufih, dawk il-konflitti ta’ interess sabiex ma jitħallewx jaffettwaw ħażin l-interessi tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u l-investituri fihom u biex jiżguraw li l-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ġestiti minnhom jiġu ttrattati b’mod ġust.
Artikolu 9 2.

Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom jidentifikaw b’mod partikolari dawk il-konflitti ta’ interess li jistgħu jinħolqu bejn:

(a) 

il-maniġers tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali, dawk il-persuni li effettivament iwettqu n-negozju tal-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, l-impjegati ta’, jew kwalunkwe persuna li direttament jew indirettament jikkontrollaw jew huma kkontrollati mill-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, u l-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ġestit mill-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, jew l-investituri fih;

(b) 

il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jew l-investituri fih, u fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ieħor ġestit mill-istess maniġer, jew l-investituri fih;

(c) 

il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jew l-investituri fih, u impriża ta’ investiment kollettiv jew UCITS ġestiti mill-istess maniġer, jew l-investituri fih.

Artikolu 9 3.
Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom iżommu u joperaw arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 9 4.
Għandhom jiġu żvelati konflitti ta’ interess kif imsemmi fil-paragrafu 1 fejn l-arranġamenti organizzattivi magħmula mill-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti biex jidentifika, jevita, jiġġestixxi u jimmonitorja l-konflitti ta’ interess ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw, b’fiduċja raġonevoli, li riskji ta’ ħsara għall-interessi tal-investituri se jkunu evitati. Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom jiżvelaw f’termini ċari n-natura jew is-sorsi tal-konflitti ta’ interess lill-investituri qabel iwettqu n-negozju f’isimhom.
Artikolu 9 5.

Il-Kummissjoni b’dan tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 26 biex tispeċifika:

(a) 

it-tipi ta’ konflitti ta’ interess imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(b) 

il-passi li l-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jridu jieħdu, f’termini tal-istrutturi u l-proċeduri organizzattivi u amministrattivi sabiex jidentifikaw, jevitaw, jiġġestixxu, jimmonitorjaw u jiżvelaw il-konflitti ta’ interess.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0346
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.