Artikolu 15b
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull rifjut biex jiġi rreġistrat maniġer kif imsemmi fl-Artikolu 15 jew fond kif imsemmi fl-Artikolu 15a għandu jiġi ssostanzjat, għandu jiġi nnotifikat lill-maniġers imsemmija f’dawk l-Artikoli u għandu jkun soġġett għal dritt ta’ appell quddiem awtorità nazzjonali ġuridika, jew amministrattiva jew awtorità oħra. Dak id-dritt ta’ appell għandu japplika wkoll fir-rigward ta’ reġistrazzjoni meta ma tkun ittieħdet ebda deċiżjoni fuq reġistrazzjoni fi żmien xahrejn wara li l-maniġer ikun ipprovda l-informazzjoni kollha rikjesta. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li maniġer jeżawrixxi kull rimedju preliminari amministrattiv previst skont il-liġi nazzjonali qabel ma jeżerċita dak id-dritt ta’ appell.