+Artikolu 20

Artikolu 20

Artikolu 20

L-awtoritajiet kompetenti, f’konformità mal-liġi nazzjonali, għandu jkollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. B’mod partikolari huma għandhom ikollhom is-setgħa li:

(a) 

jitolbu l-aċċess għal kwalunkwe dokument fi kwalunkwe forma, u li jirċievu jew jieħdu kopja tiegħu;

(b) 

jesiġu li l-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jipprovdi l-informazzjoni mingħajr dewmien;

(c) 

jirrikjedu informazzjoni mingħand kwalunkwe persuna relatata mal-attivitajiet tal-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jew il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti;

(d) 

iwettqu ispezzjonijiet fuq il-post b’avviż minn qabel jew mingħajru;

(e) 

jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkompli jikkonforma ma’ dan ir-Regolament;

(f) 

joħorġu ordni sabiex jiżguraw li l-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jikkonforma ma’ dan ir-Regolament u jiddesisti minn repetizzjoni ta’ xi kondotta li tikkonsisti fi ksur ta’ dan ir-Regolament.

▼M1

L-ESMA għandha torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 sabiex issaħħaħ il-konsistenza tal-proċessi fir-rigward tas-setgħat superviżorji u investigattivi mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0346
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.