|
+Artikolu 2 2. |
Artikolu 2 2.Il-fatturi ta’ omoġeneità għat-tip ta’ assi msemmija fl-Artikolu 1(a)(ii) għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a)
il-klassifikazzjoni tad-drittijiet ta’ sigurtà, li permezz tagħha l-aggregament jikkonsisti f’wieħed biss minn dawn it-tipi ta’ skoperturi sottostanti li ġejjin:
(i)
self żgurat bi drittijiet ta’ sigurtà fuq proprjetà immobbli kummerċjali kklassifikati fuq nett;
(ii)
self żgurat bi drittijiet fuq proprjetà immobbli kummerċjali kklassifikati aktar ’l isfel u dawk kollha klassifikati preċedentment;
(iii)
self żgurat bi drittijiet ta’ sigurtà fuq proprjetà immobbli kummerċjali kklassifikati aktar ’l isfel;
(b)
tip ta’ proprjetà immobbli kummerċjali, li permezz tagħha l-aggregament jikkonsisti f’wieħed biss minn dawn it-tipi li ġejjin:
(i)
binjiet ta’ uffiċċji;
(ii)
spazju għall-bejgħ bl-imnut;
(iii)
sptarijiet;
(iv)
faċilitajiet tal-ħżin;
(v)
lukandi;
(vi)
proprjetajiet industrijali;
(vii)
tip speċifiku ieħor ta’ proprjetajiet immobli kummerċjali;
(c)
ġuriżdizzjoni, li permezz tagħha l-aggregament jikkonsisti fi skoperturi sottostanti żgurati minn proprjetajiet li jinsabu fl-istess ġuriżdizzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|