L-Istati Membri ma għandhomx jeħtieġu l-approvazzjoni jew in-notifika sistematika minn qabel ta’ kondizzjonijiet ġenerali u speċjali ta’ polza, ta’ skali ta’ premiums, tal-bażijiet tekniċi, użati inpartikolari għall-kalkolu ta’ skali ta’ premiums u dispożizzjonijiet tekniċi jew ta’ forom u dokumenti oħra stampati li impriża jkollha l-ħsieb li tuża fit-trattamenti tagħha ma’ titolari ta’ poloz jew impriżi ċedenti jew retroċedenti.
Madankollu, għall-assigurazzjoni tal-ħajja u għall-fini waħdieni tal-verifika ta’ konformità ma’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw prinċipji attwarji, l-Istat Membru ta’ domiċilju jista’ jeħtieġ notifika sistematika tal-bażijiet tekniċi użati għall-kalkolu tal-iskali ta’ premiums u dispożizzjonijiet tekniċi. Dik il-ħtieġa ma għandhiex tikkostitwixxi kondizzjoni minn qabel għall-awtorizzazzjoni ta’ impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja.