+Artikolu 24 L-azzjonisti u l-membri b’parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikattiva
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
|
Artikolu 24 L-azzjonisti u l-membri b’parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikattiva
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1.
|
L-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni lil impriża biex tibda l-kummerċ tal-assigurazzjoni jew
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ qabel ma jkunu ġew mgħarrfa dwar l-identitajiet tal-azzjonisti jew membri, diretti jew indiretti, kemm jekk persuni fiżiċi jew legali, li għandhom parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikattivi f’dik l-impriża u l-ammont tagħhom.
Dawk l- awtoritajiet għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni jekk, filwaqt li jqisu l-ħtieġa li tiġi żgurata l-amministrazzjoni tajba u prudenti ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ , mhumiex sodisfatti dwar il-kwalifika tal-azzjonisti jew il-membri.
|
|
Artikolu 24 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, għandu jittieħed kont tad-drittijiet tal-vot msemmija fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza fir-rigward ta’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (
5
) kif ukoll il-kondizzjonijiet rigward l-aggregazzjoni tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 12(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva.
L-Istati Membri ma għandhomx jieħdu kont tad-drittijiet ta’ vot jew ishma li kumpaniji ta’ investiment jew istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jżommu bħala riżultat tal-provvediment ta’ assigurazzjoni ta’ strumenti finanzjarji u/jew tpoġġija ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod inkluż taħt il-punt (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE, sakemm dawk id-drittijiet, minn naħa, mhumiex eżerċitati jew użati b’mod ieħor għal intervent fil-ġestjoni tal-emittent u, minn naħa l-oħra, mneħħija fi żmien sena mill-akkwist.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|