Jekk l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru li fih jinsab ir-riskju jew fl-Istat Membru tal-impennn jew, fil-każ ta’ impriża ta’
►C2
riassigurazzjoni ◄ , l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ospitanti, ikollhom raġuni jikkunsidraw li l-attivitajiet ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ jistgħu jaffettwaw l-adattament finanzjarju tagħha, għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża.
L-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża għandhom jiddeterminaw jekk l-impriża tikkonformax mal-prinċipji prudenzjali stabbiliti f’din id-Direttiva.